Sommarju tal-kronoloġija

tal-ħidma mwettqa mit-Task Force għat-Trobbija Pożittiva

19.2.2019

It-tnedija tal-Ewwel Kampanja tat-Trobbija Pożittiva, li tiffoka fuq it-tfal żgħar. L-ewwel kampanja tat-trobbija ffokat fuq l-importanza li nqattgħu ħin ta’ kwalità tajba mat-tfal, filwaqt li enfasizzat l-importanza li nisimgħuhom u li nkunu hemm għalihom.

1.10.2019

Dr Vincent Marmara ppreżenta s-sejbiet tal-evalwazzjoni tiegħu fir-rigward tal-ewwel kampanja ta’ Trobbija Pożittiva lill-Onor. Michael Falzon. Ir-riċerka dwar il-kampanja wriet li l-ġenituri jqattgħu 5.6 sigħat kuljum mat-tfal tagħhom

1.10.2019

It-tieni kampanja ffokat fuq il-komunikazzjoni u kif il-ġenituri jeħtieġ li jiġu appoġġjati biex jiżviluppaw komunikazzjoni tajba fi ħdan il-familja, bejn il-ġenituri u mat-tfal

 

1.6.2020

Tnediet paġna fuq Facebook.

 

1.6.2020

It-tnedija tat-tieni kampanja tat-trobbija pożittiva.

 Tnediet it-tieni fażi tal-kampanja tat-trobbija pożittiva, bit-tagline “Kun hemm għal Uliedek” – Kun il-Ġenitur. Din id-darba l-enfasi kienet fuq is-snin tal-adolexxenza. Il-ġenituri jistgħu jibdew iħossuhom mitlufin meta l-adolexxenti jitbiegħdu minnhom għal xi raġuni. L-għan kien li l-ġenituri jiġu megħjuna fuq modi kif jistgħu jkunu ġenituri li jħobbu lil uliedhom.

14.9.2020

It-Taskforce tat-Trobbija Pożittiva ltaqgħet mal-Onor. Michael Falzon u mas-Segretarju Permanenti, is-Sur Mark Musu, sabiex jiġu diskussi l-istadji importanti attwali u futuri li għandhom jinkisbu

 

2.10.2020

Messaġġ b’saħħtu mill-Kampanja tat-Trobbija Pożittiva mmirat lejn it-tfal kollha u dawk kollha li jieħdu ħsieb lil ħaddieħor, permezz ta’ reklami fuq it-televiżjoni u r-radju. L-enfasi kienet fuq ir-relazzjoni bejn l-adolexxenti u l-ġenituri tagħhom

 

10.11.2020

Sitt professjonisti ngħataw taħriġ fil-Programm ‘Parents as Partners’, taħriġ mit-Tavistock Relations London, biex isiru ħarrieġa f’dan il-programm

30.11.2020

Sar avveniment għall-istampa biex jiġu ppreżentati s-sejbiet ta’ Dr Vincent Marmara fir-rigward tal-kampanja tal-midja dwar it-Trobbija Pożittiva li saret bejn Mejju u Ottubru 2020, li ffokat fuq is-snin tal-adolexxenza.

11.12.2020

It-tnedija tal-Istudju Pilota dwar il-Ġenituri fil-Perjodu Perinatali:

Dawk li jkunu qed jistennew biex isiru ġenituri jiġu mħeġġa kontinwament biex jipparteċipaw fl-istudju

 

04.01.2021

It-tnedija qawwija fuq il-mezzi tax-xandir għat-tielet fażi tal-kampanja dwar it-trobbija pożittiva, li tiffoka fuq il-perjodu perinatali

 

26.05.2021

Laqgħa bejn it-Taskforce dwar it-Trobbija Pożittiva u l-medjaturi tal-familja fir-rigward ta’ suġġetti ta’ taħriġ ulterjuri biex jappoġġjawhom fil-ħidma tagħhom

27.05.2021

It-tnedija tat-taħriġ ‘Breaking the News’.
Dan it-taħriġ huwa mmirat lejn il-professjonisti biex jgħinu lil dawk li jkunu qed jistennew li jsiru ġenituri li l-wild tagħhom jista’ jkun mistenni li jkollu diżabilità jew lil ġenituri li l-wild tagħhom jista’ jkollu diżabilità

2.06.2021

Tnieda programm dwar il-ħiliet fil-trobbija u l-edukazzjoni sesswali għal persuni b’diżabilitajiet intellettwali mill-Aġenzija Sapport. Il-ġenituri jiġu ispirati u offruti
b’informazzjoni u sessjonijiet prattiċi dwar it-trobbija

Ottubru 2021

“Ħarreġ lil min Iħarreġ” għall-Professjonisti tal-Aġenzija Sapport
Trobbija Pożittiva għal Ġenituri Aspiranti/Ġenituri b’Diżabilità Intellettwali minn Aspire Social Work UK.

Ottubru 2021

Żvilupp professjonali kontinwu għall-Qwiebel minn Dr Clarissa Sammut Scerri, fi ħdan id-Dipartiment tal-Istudji dwar it-Tfal u l-Familja. It-taħriġ sar għall-qwiebel li jaħdmu ma’ nisa fl-istadju perinatali u li qed jesperjenzaw vjolenza domestika. 

8.10.2021

Workshop ta’ 3 ijiem minn Dr. Maurice Feldman
Step-By-Step Parenting Program© għall-ġenituri b’diffikultajiet fit-tagħlim biex irabbu lil uliedhom.

 

20.10.2021

It-tnedija tat-Tieni ċiklu ta’ seminars ta’ taħriġ ‘Breaking the News’, ippresedut mill-Onor. Michael Falzon u mill-Onor. Julia Farrugia Portelli. Immirat lejn il-professjonisti biex jgħinu lil dawk li jkunu qed jistennew li jsiru ġenituri li l-wild tagħhom jista’ jkun mistenni li jkollu diżabilità jew lil ġenituri li l-wild tagħhom jista’ jkollu diżabilità

 

04.04.2022

Taħdita dwar it-Trobbija Pożittiva b’Kollaborazzjoni ma’ Wellbeing 360 Mental Health

Malta, “Trobbija Pożittiva, Ħiliet u Servizzi”.

Ikkuntattjana

Għandek mistoqsija? Ikkuntattjana issa… aħna nistgħu ngħinu!