Politika dwar il-Privatezza

Aħna impenjati li nipproteġu l-privatezza tal-viżitaturi u/jew tal-utent tagħna u mhux se niġbru informazzjoni personali dwarek bħala viżitatur sakemm ma tipprovdihiex inti b’mod volontarju.
Skont ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (UE) 2016/679 (GDPR) u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data (il-Kap. 586), aħna għandna d-dmir legali li nirrispettaw u nipproteġu kwalunkwe informazzjoni personali li niġbru mingħandkom u dan id-dmir se nirrispettawh. Aħna nieħdu s-salvagwardji kollha meħtieġa biex nimpedixxu l-aċċess mhux awtorizzat, u d-dettalji tiegħek li nkunu ġbarna mingħandek bħala viżitatur u/jew utent ma ngħadduhom lil ebda parti terza sakemm inti ma tagħtix il-kunsens tiegħek biex nagħmlu dan jew kif awtorizzat mil-liġi.
Il-politika tista’ tkun faċilment aċċessibbli permezz ta’ link fil-qiegħ ta’ kull paġna web.

Kif nipproċessaw id-data personali?

1) Il-formoli elettroniċi

Nistgħu niġbru informazzjoni personali fil-proċess tas-sottomissjoni tal-formoli permezz tas-sit web. L-informazzjoni li tinsab permezz tal-formoli tiġi sottomessa għall-ipproċessar lill-Ministeru jew lid-Dipartiment rilevanti tal-Gvern ta’ Malta, jew lil Entità oħra. F’dan il-każ, japplika l-perjodu ta’ żamma tas-servizz inkwistjoni.

2) L-indirizz IP u l-post ġeografiku

Is-server tal-web iżomm reġistri limitati dwar l-indirizzi IP jew il-post ġeografiku tal-kompjuter tiegħek fuq l-Internet, għall-amministrazzjoni tas-sistemi u għall-finijiet ta’ detezzjoni tal-problemi. Ma nużawx ir-reġistri tal-indirizzi IP biex nittraċċaw is-sessjoni tiegħek jew l-imġiba tiegħek fuq is-sit tagħna.

3) Ikkuntattjana/Ibagħtilna l-feedback

Meta jużaw il-faċilitajiet online ta’ dan is-sit web, is-suġġetti tad-data jistgħu jkunu meħtieġa jipprovdu d-dettalji ta’ kuntatt tagħhom għal finijiet ta’ kuntatt. L-informazzjoni kollha u kwalunkwe data personali li inti tista’ tiddeċiedi li tipprovdilna fil-formola ta’ kuntatt maħsuba biex Tikkuntattjana/Tibagħtilna l-feedback għandhom jiġu pproċessati biss għall-iskop strett biex inwieġbu għall-inkjesta tiegħek.

4) Il-privatezza tal-minuri u tat-tfal

Il-protezzjoni tal-privatezza tal-minuri hija partikolarment importanti. Aħna mhux se niġbru, nużaw jew niżvelaw b’mod konxju data personali minn minuri taħt l-età ta’ 16-il sena, mingħajr ma niksbu kunsens minn qabel minn persuna b’responsabbiltà tal-ġenituri (eż. ġenitur jew gwardjan) permezz ta’ kuntatt offline dirett. Aħna se nipprovdu lill-ġenitur (i) b’avviż dwar it-tipi speċifiċi ta’ data personali li tkun qed tinġabar mill-minuri, u (ii) bl-opportunità li joġġezzjona għal kwalunkwe ġbir, użu jew ħżin ulterjuri ta’ tali informazzjoni.

Jekk għandek xi mistoqsija dwar dan is-suġġett, jekk jogħġbok ikkuntattjana kif indikat fit-taqsima “Kif tikkuntattjana” t’hawn taħt.

Il-cookies huma biċċiet żgħar ta’ data li s-sit jittrasferixxi lill-hard drive tal-kompjuter tal-utent meta l-utent iżur is-sit web. Dan is-sit web jagħmel użu limitat mill-cookies u konsegwentement, għal kwalunkwe informazzjoni oħra, inti qed tiġi ggwidat biex iżżur il-Politika tagħna dwar il-Cookies.

Iż-żamma tad-data

Id-data personali m’għandhiex tinżamm għal perjodu ta’ żmien itwal milli jkun meħtieġ, filwaqt li jitqiesu l-finijiet li għalihom tiġi pproċessata. Aħna se nżommu u nużaw l-informazzjoni kif meħtieġ biex inkunu konformi mal-obbligi legali tagħna, insolvu t-tilwim, nipproteġu l-interessi vitali tiegħek jew l-interessi vitali ta’ persuna fiżika oħra u ninfurzaw il-ftehimiet tagħna kif ġej:

Korrispondenza – Aħna se nżommu l-informazzjoni tiegħek sakemm ikun meħtieġ biex insolvu l-inkjesta tiegħek, u għal perjodu ta’ żmien ieħor f’konformità mal-obbligi statutorji, u wara dan il-punt id-data tiegħek se titħassar.

F’xi każijiet mhuwiex possibbli li nispeċifikaw minn qabel il-perjodi li għalihom se tinżamm id-data personali tiegħek. F’każijiet bħal dawn, aħna se niddeterminaw il-perjodu ta’ żamma abbażi tal-kriterji li ġejjin:

  • x’kien/u l-għan(ijiet) li għalih/għalihom inġabret l-informazzjoni tiegħek fil-bidu;
  • jekk hemmx xi obbligu statutorju, li jobbligana nkomplu nipproċessaw l-informazzjoni tiegħek;
  • jekk għandniex bażi ġuridika stabbilita biex nkomplu nipproċessaw l-informazzjoni tiegħek, inkluż, iżda mhux biss, il-kunsens;
  • x’inhu l-valur assoċjat mal-informazzjoni tiegħek;
  • jekk hemmx prattiki tal-industrija li jistipulaw għal kemm żmien għandha tinżamm informazzjoni;
  • ir-riskju, il-kost u l-obbligazzjoni assoċjati ma’ tali żamma; u
  • kwalunkwe ċirkostanza rilevanti oħra.

Id-Drittijiet Tiegħek

Bħala individwu, tista’ teżerċita d-dritt tiegħek li taċċessa d-data miżmuma dwarek, u għalhekk, jekk għandek xi mistoqsijiet fir-rigward ta’ din id-data, jekk hemm, miżmuma minna jekk jogħġbok ikkuntattjana billi tissottometti t-talba tiegħek lill-kontrollur tad-data xieraq permezz tal-paġna Kkuntattjana fi ħdan is-sit web.

Għalkemm se jsiru l-isforzi raġonevoli kollha biex l-informazzjoni tiegħek tinżamm aġġornata, inti ġentilment mitlub/a tinformana dwar kwalunkwe bidla li tirreferi għad-data personali miżmuma minn dan l-Uffiċċju. Fi kwalunkwe każ jekk tqis li ċerta informazzjoni dwarek mhijiex preċiża, tista’ titlob ir-rettifika ta’ tali data. Għandek ukoll id-dritt li titlob l-imblukkar jew it-tħassir tad-data. F’każ li ma tkunx sodisfatt bl-eżitu tat-talba għal aċċess tiegħek, tista’ tagħmel ilment mal-Kummissarju għall-Protezzjoni tal-Informazzjoni u tad-Data. Żur www.idpc.gov.mt għad-dettalji ta’ kuntatt.

Links għal siti web oħra

Is-sit web tagħna jaf ikun fih links għal siti web ta’ partijiet terzi, u siti web ta’ partijiet terzi jaf ikollhom ukoll links għas-sit web tagħna. Il-politika tagħna dwar il-privatezza ma tapplikax għal links esterni jew siti web oħra u aħna m’aħniex responsabbli għall-prattiki użati minn siti web marbuta mas-sit tagħna jew li inti taċċessa permezz ta’ link mis-sit web tagħna. L-operaturi ta’ siti web oħrajn jistgħu jiġbru l-informazzjoni personali tiegħek. Aħna nħeġġuk taqra l-politiki dwar il-privatezza ta’ kwalunkwe sit web li inti taċċessa permezz ta’ link mis-sit web tagħna.

L-indirizz url fuq dan is-sit web jibda b’https:// li juri paġna web sigura.

L-aċċettazzjoni tiegħek ta’ dawn it-termini

Billi tuża dan is-Sit, inti qed turi l-aċċettazzjoni tiegħek ta’ din il-politika. Jekk ma taqbilx ma’ din il-politika, jekk jogħġbok tużax is-Sit tagħna. L-użu kontinwu tiegħek tas-Sit wara li jkunu ttellgħu l-bidliet f’din il-politika se jitqies bħala l-aċċettazzjoni tiegħek ta’ dawk il-bidliet.

Jekk ikun hemm xi tibdil f’din il-politika dwar il-privatezza, se nissostitwixxu din il-paġna b’verżjoni aġġornata. Għalhekk huwa fl-interess tiegħek stess li tiċċekkja l-paġna “Politika dwar il-Privatezza” fi kwalunkwe ħin li taċċessa s-sit web tagħna sabiex tkun konxju/a ta’ kwalunkwe bidla li jaf isseħħ minn żmien għal żmien.

Kif tikkuntattjana

Kwalunkwe kumment jew suġġeriment li jista’ jkollok u li jaf jikkontribwixxi għal kwalità aħjar tas-servizz se jintlaqa’ u jkun apprezzat ħafna.

L-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data jista’ jiġi kkuntattjat fuq:

positiveparenting.mfcs@gov.mt