Għanijiet li
Jmiss

  • Żvilupp professjonali kontinwu għall-Qwiebel minn Dr Clarissa Sammut Scerri, fi ħdan id-Dipartiment tal-Istudji dwar it-Tfal u l-Familja. It-taħriġ se jsir għall-qwiebel li jaħdmu man-nisa fl-istadju perinatali u li qed jesperjenzaw vjolenza domestika.
  • Tnedija tas-sit il gdida ta’ Positive Parenting
  • Kontinwazzjoni tal-Proġett Pilota Perinatali
  • Kontinwazzjoni tal-paġna ta’ Positive Parenting Malta fuq Facebook, li tipprovdi appoġġ psikoedukattiv lill-ġenituri, kif ukoll lill-pubbliku ġenerali
  • Evalwazzjoni tal-Istudju Pilota mid-Dipartiment tal-Istudji tal-Familja fl-Università ta’ Malta, li se jistabbilixxi t-triq ’il quddiem
  • Analiżi tal-Ispejjeż u l-Benefiċċji tal-psikoterapija u tal-gruppi ta’ trobbija minn perspettiva ekonomika
  • Sabiex ikomplu jissaħħu s-servizzi eżistenti relatati ma’ intervent bikri
  • Sabiex isir rieżami sistematiku tal-letteratura dwar x’aċċess huwa fl-aħjar interess tat-tfal u mbagħad jiġi pprovdut l-għarfien għat-taħriġ tal-Ġudikatura u tal-Medjaturi li jaħdmu fil-Qorti
  • Sabiex jitkompla t-taħriġ dwar kif tagħti aħbar ħażina u jittejjeb wara l-feedback li wasal matul is-sessjonijiet tal-2021
  • It-Taskforce għandha interess speċjali f’dawk vulnerabbli; b’hekk, se tiġi esplorata l-possibbiltà ta’ aktar lonġitudinali għal dawk il-familji li huma meqjusa bħala vulnerabbli jew f’riskju
  • Il-bini ta’ pontijiet mal-Well Baby Clinic biex jiżdied l-iskrinjar ta’ kwistjonijiet emozzjonali u mentali, kif ukoll biex jiżdiedu l-appoġġ u l-intervent bikri
  • Ikomplu jinbnew pontijiet ma’ professjonisti oħrajn u assoċjazzjonijiet tat-trobbija għall-inklużjoni ta’ għarfien psikoedukattiv u appoġġ fuq il-ħiliet tat-trobbija pożittiva

Ikkuntattjana

Għandek mistoqsija? Ikkuntattjana issa… aħna nistgħu ngħinu!