Intervista Ma’

Janice Sargent

  1. Min int u x’inhu l-irwol tiegħek?
Jiena jisimni Janice Sargent. Il-professjoni tiegħi hija ta’ psychologist pero l-irwol tiegħi f’dan il-proġett huwa ta’ research manager. Ix-Xogħol tiegħi jinqasam fit-tnejn. L-ewwel parti huwa li nistudja ir-riċerka u l-letteratura li saret ma ġenituri fiż-żmien ta qabel u wara il-ħlas biex flimkien mat-tim tar-riċerkaturi inkunu nistaw naraw is-sitwazzjoni f’Malta kif inhi u x’tip ta’ għajnuna tkun ta’ benefiċċju għall-dawn in-nies. It-tieni parti tax-xogħol tiegħi huwa iktar prattiku, jien nieħu ħsieb it-tqassim u l-gġbir tal-kwestjonarji u nara li kollox miexi kif suppost.
  1. Tista’ tgħidli ftit fuq il-proġett pilota? X’inhu l-għan ta dan il-proġett?
Dan huwa proġett li qed jitmexxa mid-Dipartiment tal-familji u tat-Tfal fl-Università ta’ Malta flimkien mal-professjonisti tal-isptar fil-Perinatal Mental Health Service ta’ Mater Dei, kif ukoll mit-Taskforce tat-Trobbija Pożittiva taħt il-Ministeru għal-Politika Soċjali u Drittijiet tat-Tfal, jiġifieri minnha innifisha din turi kemm hu importanti dan il-proġett. Il-proġett huwa maqsum fi tlieta: Dwar l-ewwel parti, ir-riċerka turi li iż-żmien ta qabel u wara l-ħlas jista jservi ta sfida għall-ġenituri. Infatti, bejn 10 u 20 fil-mija jibdew ibatu minn sintomi ta’ anzjeta u dipressjoni, għalhekk aħna li qed nippruvaw naraw huwa li naraw kemm mil-ġenituri li qegħdin jieħdu sehem f’dan l-istudju ibgħatu minn problemi ta’ saħħa mentali bħal dawn. Fit-tieni parti tal-proġett huwa li noffru għajnuna specjalizzata lil dawn il-ġenituri biex naraw jekk din l-għajnuna tkunx ta benefiċċju għalihom jew le. Fit-tielet parti, ir-riċerka turi ukoll li dan iż-żmien jpoġġi ċertu stress fuq il-koppji, kemm fuqhom infushom kif ukoll fuq it-trobbija tat-trabi tagħhom. Għalhekk, qegħdin nipprovdulhom l-għajnuna biex naraw jekk tkunx ta’ benefiċċju għalihom u anke għat-trabi tagħhom. Il-proġett jagħmel parti mill-istrategija għal-Trobbija Pożittiva fejn l-għajnuna tiġi offruta jew aċċessata kmieni iktar hemm ċans ta’ suċċess u rkupru. Hemm ħsieb ukoll li jsir cost-benefit analysis tal-proġett biex naraw kemm jistaw jiġu ffrankati flus in the long run jekk din l-għajnuna tingħata lill-ġenituri f’dan iż-żmien ta’ ħajjithom, jiġifieri meta jkunu qegħdin jistennew tarbija jew wara il-ħlas. Hemm l-iskop li jekk l-evidenza ta’ dan il-proġett turi illi l-għajnuna hija ta’ benefiċju, l-iskop huwa li din l-għajnuna tibda tiġi offruta lil-familji kollha.
  1. Kif inhu sejjer il-proġett?
F’Malta jitwieledu madwar 4,000 tarbija fis-sena u aħna s’issa batna il-kwestjonarju lil madwar 900 koppji. Fil-bidu kienet ftit difficli minħabba is-sitwazzjoni tal-COVID-19. Dan għaliex il-missirijiet ma kienux qed jitħallew jidħlu għal-ewwel appuntament tagħhom mal-partner tagħhom għall-ewwel vista tagħhom l-isptar. Pero, issa li l-affarijiet qed jinbidlu, hemm aktar missirijiet li qed jippartecipaw, iżda xorta mhux biżżejjed. Għalhekk nixtieq nistieden lil missirijiet li jkunu mistednin biex jieħdu sehem, biex jippartecipaw f’dan l-istudju.
  1. X’messaġġ tixtieq twassal?
Il-parteċipazzjoni fi studji bħal dawn hija importanti ħafna għax iktar kemm jipparteċipaw nies, iktar inkunu nistaw niksbu stampa ċara tas-sitwazzjoni kif inhi f’Malta bħalissa. Anke jekk tħoss li inti m’għandekx bżonn l-għajnuna, meta tieħu sehem fi studju bħal dan tkun qed tagħmilha dejjem iktar possibbli għal dik il-persuna li għandha bżonn l-għajnuna biex tikseb l-għajnuna li għandha bżonn. Għalhekk fil-kas tan-nies li qegħdin jistennew tarbija, qegħdin nibgħatu il-kwestonarju bil-posta u nixtiequ li huma jimlewhom u igibuħ magħhom għall-ewwel vizta tagħhom fl-isptar. Għal dawk il-ġenituri li għadhom kif ikollhom tarbija, il-qabla li tagħmel il-vizti tagħha d-dar ser tipprovdilhom dan il-kwestjonarju li mbad jkunu jistaw jimlewħ u jibatuħ mal-qabla stess jew bil-posta. Tajjeb li wieħed ikun jaf ukoll li dawn il-kwestjonarji jistaw jimtlew online. Fuq il-pagġna tal-Facebook tal-Positive Parenting Malta hemm video li juri kif wieħed jista jimla l-kwestjonarju online.

Other Reads

Positive Parenting Malta u taħditiet Psikoedukattivi

Positive Parenting Malta tkompli tippromwovi aktar għarfien dwar il-ħiliet fit-trobbija pożittiva u tipprovdi appoġġ prattiku għall-ġenituri u l-professjonisti billi toffri webinars psikoedukattivi. Positive Parenting Malta se torganizza webinar mad-Dipartiment...

Positive Parenting Malta and Psychoeducational talks

Let's Get in Touch

Do you have a question? Get in touch now… we can help!