Intervista Ma’

Clarissa Sammut Scerri

  1. Tista’ ttina introduzzjoni tiegħek nnifsek?
Jiena Dr. Clarissa Sammut Scerri, Senior Lecturer l-Università fid-dipartiment ta’ l-istudji tat-tfal u tal-familja, Counseling Psychologist u family therapist.
  1. Tista’ ttina ftit informazzjoni dwar x’nifhmu biha vjolenza domestika u l-impatt li din jista’ jkollha fuq il-familji inklużi t-trabi u t-tfal?
Vjolenza domestika għandha ħafna forom differenti. Importanti li ngħidu li meta qed ngħidu vjolenza domestika ifisser xi ħadd juża mgħodi differenti biex jisforza lil xi ħadd iehor jgħamel dak li jrid jew hi trid. Meta qed inħarsu fuq vjolenza domestika qegħdin ngħidu; vjolenza fiżika, dak li in-nies jafu l-iżjed, Bħal swat; hemm ukoll vjolenza emozjonali igifieri tgħajjir u insulti; hemm ukoll il-vjolenza finanzjarja, meta xi ħadd, per eżempju, inħalli lil xi ħadd iehor mingħajr flus, jew per eżempju jiena nikkontrolla kemm is-sieħeb jew is-sieħba tiegħi ikollha flus, allura jekk din il-persuna ma tkunx taħdem nikkmanda jiena x’tixtri, nikkmanda kif tuzgħa il-flus, imma b’mod kwazi mingħajr raġuni. Imbagħad hemm tgħeddid bħala forma ta’ vjolenza domestika u anke hemm intimidazzjoni, igifieri forma ta’ tgħeddid. Issa forsi in-nies inġenerali meta jisimgħu il-kelma vjolenza domestika jaħsbu fi swat, pero jekk inti qed tiġi mhedda, jekk inti qed tiġi mwaqqa għaċ-ċajt, jekk inti dak li jkun qed jgħajrek imbad forsi jgħidlek ‘għax inti ma’ tieħux cajta’, dik hija forma ta’ vjolenza ukoll, forma ta aggressjoni. Jekk mara tkun għaddejja mit-tqala, jista jkun li it-tqala innifisha tkun trigger biex il vjolenza tibda. Jista jkun ukoll li il-vjolenza iżżid meta il-mara tkun tqila, jiġifieri meta il-koppja tkun qed tistenna tarbija. Sfortunatament, il-fatt li inti tkun vittma ta’ dawn il-forom ta’ vjolenza domestika, jiġifieri li inti tgħix il-ħin kollu f’ambjent fejn inti tkun imbeżża, u fejn inti ma tkunx taf x’ser jiġri, jekk huwiex dak li is-soltu ikun aggressiv huwiex se jkun kalm, huwiex se jkun nervuz; dak toħloq ċertu tenzjoni u ċertu kimika fil-ġisem li imbad jaffettwa anke it-tarbija fil-ġuf u issa nafu skont ir riċerka li tista taffettwa anke kif jikber il-moħħ u anke l-ammont ta’ ċelloli li jkollu il-moħħ. Jiġifieri il-vjolenza domestika mhux biss taffettwa il-membri li jkunu adulti, taffettwa it-tfal li jkunu għadhom iridu jitwieldu, sintendi ukoll taffettwa hafna it-tfal li jkunu diġa tal-koppja u taffettwa hafna b mod sħiħ, jiġifieri nafu mir-riċerka li kważi issa ilha ħamsin sena, li inti tgħix f ambjent, kif kont qed nghid qabel, li il-ħin kollu tibża, taffetwa l-iżvilupp tat tfal emozzjonali, fiżiku, jiġifieri jimirdu iktar it-tfal, akkademiku, ma jkunux jistaw jikkonċentraw .. jiġifieri tagħmel ħerba .. din l-aggressjoni tagħmel ħerba, jiġifieri aggressjoni fiżika jew emozzjonali.
  1. X’sapport qed jingħata lil midwives dwar familji u vjolenza domestika?
Mela, min naħa tagħna bħala dipartiment qed norganizzaw taħriġ għal midwives biex jindunaw jekk mara forsi tkun tqila u għaddejja min dis-sitwazzjoni familjari diffiċli, ikunu jistaw jgħinuha tfittex l-għajnuna, jiġifieri jidderiġuha għal l-għajnuna li hawn Malta noffru.
  1. Kif taħseb li dan is-sapport lil professjonisti qed ikollu effett pożittiv fuq il-familji li għaddejjin minn vjolenza domestika?
Dan is support li qed ngħatu lil midwives jinvolvi taħriġ fuq x’jiġri meta mara tfittex l għajnuna meta tmur l-Appoġġ? x’jiġri meta mara tfittex l għajnuna u forsi tipproċedi il-kas il-qorti?, x jiġri meta mara tfittex l għajnuna jekk iċċempel il-pulizija? Dan ifisser li il-midwives ikunu kapaċi jirrispondu mistoqsijiet li forsi tistgħa tgħammlilom l-omm bħal ‘jekk jien a inċempel l-Appoġġ x jigri?’ u il-midwives ikunu jistgħu jirrispondu. Ukoll xi ħaga interessanti, li f dan il course aħna nistiednu, l ewwel nett niehdu sehem aħna, anke jien ngħallem f’dal course, imma nistiednu ukoll nies li huma key, per eżempju għandna waħda mil l-ispetturi tal-pulizija li jiġu biex anke il-midwives jekk ikunu iridu jfittxu għajnuna għal-vittmi, jew għal l-aggressur, ikunu jafu lil min għandhom iċemplu. Issa ovvjament, aktar kemm professjonisti, midwives, psikologi, tobba, ikunu jafu dawn is servizzi, iktar ikun hemm out reach ta nies li jgħinuhom joqorbu għal l-għajnuna.
  1. Fejn jistgħu iffittxu iktar għajnuna dawk il-familji li għaddejjin minn vjolenza domestika?
Mhux faċli tfittex l-għajnuna ghaliex ikun hemm hafna biża. Ikun hemm biża li forsi inti ħa tfittex l-għajnuna u l aggressur iktar ħa jgħammilek ħsara ghaliex ovvjament jekk tfittex l-għajnuna inti qisek ħa tikxfu, imma fl-istess ħin jekk familja bit tfal, anke jekk mhux bit tfal, qed tgħaddi min dawn is-sitwazzjonijiet, hija sitwazzjoni diffiċli immens jiġifieri qisu kważi tkun qed tgħix l infern fuq din id dinja. Jiġifieri nixtieq min hawn nagħmel kuraġġ lil dak li jkun biex iċċempel, issa l-ewwel post li wieħed jista iċċempel hija il-179, li hija support line, hafna nies jaħsbu li din hija għat-tfal imma 179 hija support line għal kulħadd u hemmek imbad in-nies li jkunu qieghdin ikkelmuk jidderiġuk biex tfittex għajnuna. Tista ukoll iċċempel L-Appoġġ u saqsi għal l-appuntament mas-social worker tad-’Domestic Violence Services’. Jekk inti min banda l-oħra forsi inti li twettaq il-vjolenza domestika u tixtieq tbiddel l-għaġir tiegħek, l-imġieba tiegħek, hawnekk nassigurak li hemm servizz fejn mhux se jiġġudika, dan iċċempel 179 u titlobhom is servizz li jismu ‘Stop Violence’ Min naħa tal-vitmi, hemm ukoll servizzi li wieħed jista jaċċesshom fuq Facebook bħal ‘Victims Support’ anke il-’Women’s Right Foundation’ fejn tingħata pariri legali. Hemm ukoll group jismu Soar fi ħdan St Jeanne Antide fejn nisa li kienu vitmi tal-vjolenza domestika fil passat jissaportjaw lil xulxin. Nixtieq ngħamel il kuraġġ lil dak li jkun biex iċċempel, tagħmel l-ewwel pass, iċċempel u tgħidilhom ‘isma, jien qiegħda f’din is sitwazzjoni x inhuma l-options? X nista nghamel?’ biex b hekk dak li jkun ma jibqax jgħix f din is sitwazzjoni diffiċli immens.

Other Reads

Janice Sargent

Min int u x’inhu l-irwol tiegħek?
Jiena jisimni Janice Sargent. Il-professjoni tiegħi hija ta’ psychologist pero l-irwol tiegħi f’dan il-proġett huwa ta’ research manager. Ix-Xogħol tiegħi jinqasam fit-tnejn. L-ewwel parti huwa li nistudja ir-riċerka u l-letteratura li saret ma ġenituri fiż-żmien ta qabel u wara il-ħlas biex flimkien mat-tim tar-riċerkaturi inkunu nistaw naraw is-sitwazzjoni f’Malta kif inhi u x’tip ta’ għajnuna tkun ta’ benefiċċju għall-dawn in-nies. It-tieni parti tax-xogħol tiegħi huwa iktar prattiku, jien nieħu ħsieb it-tqassim u l-gġbir tal-kwestjonarji u nara li kollox miexi kif suppost.

Parenting_Banner

X’jgħallmuna t-tfal lilna l-ġenituri dwar il-ħajja?

Ħafna mill-blogs u l-informazzjoni li jeżistu jiffukaw fuq kif aħna nistgħu niddixxiplinaw lil uliedna b’mod pożittiv sabiex nappoġġjaw it-tkabbir u l-iżvilupp tagħhom. Madanakollu, f’dan il-blog xtaqt li nidħol aktar fil-fond f’suġġett aktar importanti –...

Let's Get in Touch

Do you have a question? Get in touch now… we can help!