Positive Parenting Malta kellha l-unur li tkun koparteċipant fid-69 Konferenza Annwali tal-Kummissjoni Internazzjonali dwar ir-Relazzjonijiet tal-Koppji u tal-Familji (ICCFR), li ffokat fuq it-tema “Perspettivi Interġenerazzjonali fil-Familji – Sfidi u Opportunitajiet.” L-avveniment analizza d-dinamika bejn ġenerazzjonijiet differenti, b’enfasi fuq ir-rwol kruċjali li għandhom ir-relazzjonijiet interġenerazzjonali fil-formazzjoni tal-benesseri tal-familji u l-koeżjoni fil-komunità.
Il-konferenza laqqgħet esperti internazzjonali u lokali, riċerkaturi, dawk li jfasslu l-politika u professjonisti minn diversi oqsma, sabiex jesploraw kif fatturi psikoloġiċi, kulturali, ekonomiċi u soċjali jaffettwaw il-konnessjonijiet bejn il-ġenerazzjonijiet. Id-diskussjonijiet trattaw is-sehem tan-nanniet fl-iżvilupp tat-tfal, strateġiji biex tissaħħaħ ir-reżiljenza bejn il-ġenerazzjonijiet, kif ukoll sfidi bħal qasma diġitali u r-rwoli tal-familja li qed jinbidlu.
Permezz ta’ dawn il-konversazzjonijiet, din il-konferenza serviet ta’ pjattaforma fejn saħqet fuq l-importanza li jissaħħu r-rabtiet interġenerazzjonali biex jiġi promoss l-istabbiltà, l-appoġġ u l-kontinwità fi ħdan il-familji u fis-soċjetà b’mod aktar wiesa’.

