Nissapportjaw dak li t-tfal għandhom jifhmu bil-valur tal-flus u l-għotja tar-rigali – speċjalment matul iż-żmien tal-Milied

 

L-istaġun tal-Milied f’Malta huwa verament speċjali – minn villaġġi kkuluruti bid-dekorazzjonijiet u pantomini festivi għal vetrini bil-maxturi u nativita’, u l-eċitament tat-tfal għal Santa Klaws li jiġi jżur il-gżira xemxija tagħna.  Huwa żmien ta’ wens, familja u għotja.

Pero’, bħala ġenituri, aħna ta’ sikwit nistaqsu: Kif nistgħu ngħinu lit-tfal tagħna jifhmu l-veru sens tal-flus u t-tifsira wara l-għotja – mingħajr ma nitilfu s-sens ta’ hena f’dan l-istaġun?

Bħala omm ta’ żewġt ibniet t’erba’ u sitt snin, jiena ta’ sikwit nimxi fuq il-linja li nżomm il-maġija filwaqt li nħaddan il-kuxjenza.  U bħala psikologa u terapista tal-familja, jien naf kemm il-lezzjonijiet bikrija fuq il-flus u l-ġenereżita’ trawwem is-saħħa emozzjonali fit-tfal u tagħti sens ta’ kontrol fuqek innifsek u empatija aktar tard fil-ħajja.

Ir-riċerka tissuġġerixxi li t-tfal jitgħallmu fuq il-flus mill-adulti ta’ madwarhom – ferm qabel ma jimmaniġjawha huma stess.  Din tfisser li kif aħna nitkellmu, naġixxu u saħansitra kif inħossuna fuq il-flus tħalli mpatt fit-tul.  Ejjew nesploraw kif nistgħu nagħmlu dan l-istaġun festiv mimli hena u sinifikat. 

 

1. Ibda’ bil-konverżazzjonijiet mhux bil-kalkoli.

Il-kurżita’ tat-tfal – Għalfejn ma nistgħux nixtru dak il-ġugarell? Jew Kif jista’ Santa Klaws jaffordja dawk ir-rigali kollha? – tagħti l-opportunita’ tad-deheb għal konverżazzjoni kordjali u miftuħa.  Jekk nevitaw nitkellmu fuq il-flus, inkunu qed inpoġġu tabu’ fuq is-suġġett.  Minflok, meta nitkellmu fuq il-flus bil-miftuħ, it-tfal iħossuhom kunfidenti, mhux konfużi u anzjużi.

M’hemmx għalfejn taqsam kull dettall finanzjarju.  Messaġġ sempliċi huwa biżżejjed:

“Aħna nfaddlu l-flus sabiex b’hekk inkunu nistgħu nixtru l-affarijiet li għandna bżonn u xorta waħda jibqgħalna xi flus għal affarijiet speċjali bħal rigali.”

Anke ta’ erba’ u sitt snin, it-tfal jistgħu jifhmu li l-flus jirrappreżentaw għażliet, mhux numri biss.  Meta npoġġuha b’dan il-mod tkun qed tgħinhom jiżviluppaw gratitudni mhux sens ta’ ħtija u dritt.

 

2. Involvihom fil-proċess tal-għotja

F’Malta, il-Milied ħafna drabi jinvolvi n-nanniet, il-kuġini u l-ġirien – sitwazzjoni idejali biex tgħallem il-pjaċir tal-għotja.  Ħalli lit-tifel/tifla jagħżel ir-rigal lill-familjari, jaħmi xi kejkijiet żgħar għal xi ħabib/ħabiba, jew jagħmel xi kartolina b’idejh/b’idejha għall-għalliema 

It-tfal jitgħallmu ħafna aktar b’dak kollu li josservaw milli b’dak li qed jingħad.  Waqt li jaraw il-ġenerożita’ tal-azzjoni u waqt li jkunu parti minnha huma stess, huma jibdew jifhmu li l-għotja hija espressjoni ta’ ġentilezza u konsiderazzjoni iktar milli xi ħaġa li għandha valur kummerċjali.

Fid-dar tagħna, il-bniet iħobbu jiksu r-rigali u jħabbru b’sens ta’ kburija ‘Din għan-nanna’.  Dan is-sens ta’ kontribuzzjoni jibni empatija u hena – il-qofol ta’ dan l-istaġun.

 

3. Il-metodu ‘Faddal, Onfoq u Aqsam’

It-tifel ipoġġi l-kont fil-karus.  Nagħlmu lit-tfal it-tagħlim finanzjarju; infaddlu l-flus u t-tfaddil.

Imnebbħa mill-parir finanzjarju edukattiv u prattiku, dan il-metodu jbiddel kunċetti astratti f’xi ħaġa rejali.  Hawn tliet vażetti jew inviloppi: Faddal, Onfoq u Aqsam mal-oħrajn. 

Meta t-tfal jirċievu xi flus għal Millied jew xi żieda żgħira, jgħinhom biex jaqsmuha.

  • Faddal għal xi ħaġa li veru trid (biex tgħallem il-paċenzja)
  • Onfoq fuq xewqat żgħar bħalma huma l-ħelu jew l-istikers (biex tgħallem l-indipendenza)
  • Aqsam mal-oħrajn billi tagħti donazzjoni jew tixtri xi rigal ċkejken lil xi ħaddieħor (biex tgħallem il-kompassjoni).

It-tagħlim finanzjarju jista’ jibda f’eta’ bikrija anke ta’ tliet snin jew erbgħa permezz ta’ logħob sempliċi, bħalma jiġri meta nippretendu li aħna tal-ħanut jew nużaw flus fittizji.  Meta mbagħad ikollhom ħames jew sitt snin, nistgħu neħduhom jixtru ta’ vera għaliex din tgħinhom jagħmlu deċiżjonijiet żgħar fuq it-tinfiq u t-tfaddil.  Malli jikbru aktar, nistgħu nintroduċu t-tfaddil ta’ xi ftit flus, l-immaniġjar tal-flus, u konverżazzjonijiet fuq l-ispejjeż tad-dar għaliex dawn jistgħu jġibu għarfin b’saħħtu fuq il-finanzi b’mod gradwali, u b’mod li huwa addattat għall-eta’ tat-tfal.

 

4. Żomm il-maġija, żid it-tifsira

M’għandekx għalfejn tagħżel bejn it-tlellix ta’ Santa Klaws u t-tħassib finanzjarju.  It-tfal jistgħu jifhmu li filwaqt li Santa Klaws iwassal ir-rigali, il-familji u l-assistenti xorta għandhom rwol.

Tista’ tgħid:

“Santa Klaws iġib rigali, u aħna wkoll nagħmlu l-għalmu tagħna biex il-Milied ikun speċjali.  Kulħadd jgħin biex jagħti u jaqsam mal-oħrajn.”

Dan il-messaġġ jgħaqqad il-maġija tal-Milied mal-valuri tal-ħajja rejali bħalma huma l-isforz, il-gratitudni u l-ħsieb.  Hija tfakkar lit-tfal li l-ġenerożita mhix xi ħaġa li tiġri waħedha bil-maġija – hija tikber mill-imħabba, il-ħsieb, u r-rieda li tagħti l-ħin u l-isforz tiegħek lill-oħrajn 

 

5. Agħti eżempju skond dak li tridhom jitgħallmu

It-tfal naturalment jimitaw dak li jaraw.  Meta huma josservawna nagħmlu għażliet finanzjarji bil-ħsieb – infaddlu għal xi ħaġa importanti għalina jew nippjanaw kif ser nonfqu bil-għaqal – huma jibdew jinternalizzaw dawk id-drawwiet.  Meta nuruwhom kif nimmaniġjaw il-flus fil-ħajja ta’ kuljum aħna nkunu qed ngħaddu messaġġ b’saħħtu lit-tfal fir-rigward tal-abilta’ finanzjarja għal ħajjithom kollha.

F’Malta, din tista’ tkun xi ħaġa sempliċi bħal meta jibdew ipaċpċu b’leħen għoli (ipeċilqu) fis-suq tal-Belt:

“Aħna qed nagħżlu din għaliex hija fil-parametri tal-finanzi tagħna, u dik tfisser li aħna nistgħu nġemmgħu wkoll għal btala f’Għawdex għal tmiem il-ġimgħa.”

Meta t-tfal jisimgħu u jaraw ir-raġunament, huma jitgħallmu li l-flus mhux ta’ inkwiet – imma hija kwistjoni ta’ għażliet li jmorru id f’id mal-valuri tagħna.

 

6. Il-Preżenza aktar milli r-Rigali

Hija faċli li wieħed jitkaxkar mal-eċitament li jġibu r-riklami fi żmien il-Milied u l-listi li jirriflettu x-xewqat, imma dak li verament jgħożżu t-tfal huma l-mumenti li jgħaqqduna, mhux in-numru ta’ rigali li jirċievu.  Abitudnijiet pożittivi finanzjarji jiżviluppaw meta huma jitgħallmu japprezzaw il-valur, aktar milli l-prezz.  Jekk niffukaw aktar fuq il-persuni ma’ min inqattgħu l-istaġun aktar milli x’hemm taħt is-Siġra, aħna nuru li l-ferħ veru jiġi mill-preżenza, l-imħabba u l-għaqda.

 

Charlene

Charlene

Clinical Psychologist and Family Therapist

Aktar Qari

Positive Parenting Malta u taħditiet Psikoedukattivi

Positive Parenting Malta tkompli tippromwovi aktar għarfien dwar il-ħiliet fit-trobbija pożittiva u tipprovdi appoġġ prattiku għall-ġenituri u l-professjonisti billi toffri webinars psikoedukattivi. Positive Parenting Malta se torganizza webinar mad-Dipartiment...

Positive Parenting Malta and Psychoeducational talks

Positive Parenting Malta u Programmi ta’ Taħriġ

Positive Parenting Malta hija impenjata li tiżgura li l-professjonisti li jaħdmu fil-qasam jiġu mħarrġa bil-ħiliet ibbażati fuq l-aħħar evidenza sabiex ikunu f’pożizzjoni aħjar biex jappoġġjaw lill-familji u lis-soċjetà b’mod ġenerali. Tabilħaqq, fl-2021, bosta...

Blog Image

Ikkuntattjana

Għandek mistoqsija? Ikkuntattjana issa… aħna nistgħu ngħinu!