In-niket huwa wieħed mill-aktar esperjenzi diffiċli li famiilja tista’ tiffaċja – u meta t-tfal ikunu nvoluti, tista’ tinħass ħafna aktar. Ħafna ġenituri u persuni li jieħdu ħsieb it-tfal jistaqsu lilhom infushom:
Għandi nipproteġi lit-tifel/tifla minn dan l-uġigħ?
Qiegħed/Qiegħda nesprimi ruħi b’mod tajjeb?
Kif nista’ ngħinhom ikampaw meta anke jiena qed nesperza n-niket?
Ma hemmx risposti perfetti – imma hemm sapport, modi ibbażati fuq ir-riċerka li juru kif it-tfal jgħaddu mit-telfa filwaqt li jħossuhom siguri, konnessi, u mifhuma.
Kif it-tfal jesperjenzaw in-niket (u għaliex tidher differenti)
It-tfal ma jesperjenzawx in-niket bħall-adulti – u dan mhux għaliex in-niket huwa anqas profond. Dan għaliex il-moħħ u s-sistema emozzjonali għadhom qed jiżviluppaw.
Waqt li l-adulti għandhom it-tendenza li jesperjenzaw in-niket f’mewġ ta’ dwejjaq sostenibli, it-tfal ħafna drabi jidħlu u joħorġu minn niket. Tifel/tifla taf jibki/tibki b’mod intensiv f’mument u f’mument ieħor jistaqsi/tistaqsi biex jilgħab/tilgħab. Din tista’ tidher konflinġenti u anke allarmanti għall-adulti, imma din hija rispons normali u protettiv.
It-tfal jipproċessaw in-niket f’dożi żgħar u maniġibbli.
Modi komuni kif in-niket jista’ jiġi espress fit-tfal:
- Bidla fl-imġieba (irritabli, maqtugħ, aggressjoni)
- Rigressjoni (imdendel, jagħmel taħtu, isib diffikulta’ biex jorqod)
- Uġigħ fiżiku (uġigħ fl-istonku, uġigħ ta’ ras)
- Logħob repetittiv li jirreċtra t-telfa
- Mistoqsijiet li jibqgħu jerġgħu jqumu
- Mumenti ta’ ferħ ma’ dawk ta’ dwejjaq
Din ma tfissirx li t-tifel/it-tifla mexa ‘l quddiem u mhux qed jiġi/tiġi affettwat/a. Din tfisser li s-sistema tan-nervituri qed tieħu pawsa mill-baraxx ta’ emozzjonijiet.
Ir-riċerka fil-psikoloġija tat-tfal u t-tijorija fuq ir-rabta mal-ġenituri turi li l-aħjar mod biex it-tfal jegħlbu t-telfa hija meta jħossuhom emozzjonalment siguri, issapportjati u kapaċi jesprimu l-emozzjonijiet tagħhom mingħajr pressjoni biex ‘ikunu tajbin’.
Xi jkollhom bżonn l-aktar it-tfal wara t-telfa.
Meta l-adulti jkunu mnikta, hija naturali li jkunu jridu jtaffu l-uġigħ – jew jevitaw jitkellmu fuqha għal kollox. Imma t-tfal jibbenefikaw l-aktar meta jkun hemm preżenza, onesta’ u konsistenza.
1. Informazzjoni onesta u addatata skond l-eta’.
Evita kliem li ma jirriflettux l-intensita’ tar-realta’ bħal ‘mar jorqod’ jew ‘telaq’, li jistgħu jwasslu għall-biża’ jew konfużjoni. Kliem sempliċi u lingwaġġ ċar jgħin lit-tfal biex jibqgħu saqajhom mal-art.
Per eżempju:
- “In-nannu miet. Ġismu waqaf jaħdem, u ma jistax jiġi lura’.”
- “Aħna mdejqin ħafna għax konna nħobbuh ħafna.”
It-tfal jistgħu jistaqsu l-istess mistoqsijiet ripetittivament. Din mhix bi sfida – hija kif huma jipproċessaw u jippruvaw jifhmu l-permanenza.
2. Permess emozzjonali
It-tfal għandhom bżonn li jkunu jafu li l-emozzjonijiet kollha huma permessibli – dwejjaq, rabja, konfużjoni u anke mistriħ jew kuntentizza.
Well-intended phrases like:
Frażijiet li ġejjin mill-qalb bħal:
- “Kun b’saħħtek”
- “Tibkix”
- “Huma ma jridux li inti tkun imdejjaq.”
Jistgħu jagħlmu lit-tfal biex irażżnu l-emozzjonijiet tagħhom anke jekk din ma tkunx l-intenzjoni.
Minflok, ipprova:
- “Hija aċċettabli li int tkun imdejjaq.”
- “Jiena qegħda hawn miegħek.”
- “L-emozzjonijiet tiegħek jagħmlu sens.”
3. Prevedibilita’ u Rutina
Wara t-telfa, id-dinja tista’ tinħass insigura. Meta nżommu rutina (ħinijiet tal-ikel, skola, ritwali fl-irqad) tgħin biex it-tfal jerġgħu jiksbu s-sens ta’ stabilita’ u kontroll.
Ir-rutina ma tneħħix it-telfa – hija żżommha.
In-niket jgħix fil-Ġisem: Perspettiva somatika
In-niket mhux biss emozzjonali – huwa fiżiku. It-tfal ħafna drabi jħossu t-telfa f’ġisimhom qabel ma jkunu jistgħu jesprimuha fi kliem.
Minn perspettiva ta’ xjenza njuroloġika, in-niket iqanqal sistema ta’ rispons stressanti. It-tfal jistgħu jiġu disregolati, assoluti u reattivi emozzjonalment – mhux għaliex ma jġibux ruħhom sew, imma għaliex is-sistema tan-nervituri tkun taħt pressjoni.
Għodda li jgħinuna ngħelbu s-sintomi somatiċi jinkludu:
- Tgħafis (tgħanniq, tgħafis tal-idejn, tgeżwir ġo gverta jekk dak li jkun ikunu jixtieqa)
- Movumenti ġentili (mixi, tbandil, tmattir)
- Nifsijiet flimkien
- Sensi li jżommuk san (ninnutaw siti, ħsejjes u tessuti)
Dawn l-istrateġiji jgħinu biex il-ġisem iħossu aktar sigur – u sussegwentement iħallu l-emozzjonijiet jiġu proċessati.
Is-saħħa tal-kliem, kitba u stejjer
Ħafna tfal isibuha diffiċli jitkellmu fuq in-niket – imma huma ħafna drabi jesprimuha b’mod krejattiv.
Kitba, tpinġija, u stejjer jipprovdu post sigur għal dawk l-emozzjonijiet li jinħassu kbar wisq jew iqanqlu konfużjoni.
Modi terapewtiċi kif jintużaw il-kliem:
- Kitba ta’ ittri lill-persuna li mietet
- Tpinġija ta’ memorji u emozzjonijiet
- Ħolqien ta’ ktieb bil-memorji jew kaxxa
- Ivvintar ta’ stejjer li jinkludu temi fuq telfa u mħabba
- Qari ta’ kotba u turija ta’ films li jesploraw in-niket flimkien
L-istejjer – speċjalment films animati – iħallu lit-tfal jesploraw in-niket minn ċertu distanza. Din tagħmel in-niket jinħass aktar sigur u maniġibbli.
Wara storja jew film, ċertu mistoqsijiet prudenti jistgħu jgħinu:
- “X’taħseb li kien qed iħoss il-karattru?”
- “Kien hemm xi parti li fakkritek fina?”
- “X’għenek biex tħossok aħjar?”
Ngħinu lit-tfal jibnu l-kapaċita’ li jfendu.
Li tfendi n-niket ma tfissirx “teħles minnha”. Tfisser li titgħallem kif iġġorr dik it-telfa filwaqt li tkompli tgħix, tħobb u tikber.
Kapaċitajiet prattiċi li jgħinu lit-tfal ifendu:
- Nagħtu isem lill-emozzjonijiet: użu ta’ viżwali jew kliem li jesprimu l-emozzjonijiet
- Espressjonijiet siguri: Tpinġija, movument, logħob
- Ritwali li jġibu għaqda: Nixgħelu xemgħa, naqsmu l-memorji
- Għodda li jżommuna mal-art: Nifsijiet, attivitajiet sensorjali.
- Permess biex tesprimi n-niket: Tippermetti d-dwejjaq mingħajr ma timbuttah ‘il barra malajr.
It-tfal jitgħallmu jfendu wkoll billi jħarsu lejn l-adulti. Meta turi l-emozzjonijiet tiegħek – b’mod ikkontrollat (regolat) u onest – inti tkun qed tgħallem lit-tfal illi n-niket jista’ jiġi ssuperat u maqsum mal-oħrajn.
Meta għandna nfittxu sapport addizzjonali
In-niket mhux dejjem jiġi f’linja dritta, u ż-żmien li jieħu tvarja għal kull tifel u tifla. Pero’, sapport professjonali jista’ jgħin jekk it-tifel jew tifla:
- Tinqata’ għalija jew tesprimi dwejjaq kbar fit-tul
- Turi kambjamenti kbar fir-rutina tal-irqad u l-aptit
- Turi rigressjoni kontinwa
- Tesprimi biża’ kontinwa, tort jew qtugħ ta’ qalb
- Ssibha diffiċli biex tiffunzjona fil-ħajja ta’ kuljum
Li tfittex l-għajnun mhux falliment – imma turija ta’ ħsieb
It-terapija tal-familja jew sapport psikoloġiku apposta għat-tfal jista’ jipprovdi spazju sigur għat-tfal u dawk li jieħdu ħsiebhom sabiex jipproċessaw in-niket flimkien.
Rifflessjonijiet tal-aħħar għall-ġenituri
M’għandekx għalfejn ikollok il-kliem perfetti
M’għandekx għalfejn tostor id-dwejjaq tiegħek.
M’għandekx għalfejn tisparixxi l-uġigħ.
L-aktar li jgħin lit-tfal huwa l-fatt li jagħfu li:
“M’hiniex waħdi f’dan kollu”
Permess tal-preżenza, l-onesta’, il-konnessjoni, u l-kompassjoni, it-tfal jitgħallmu li n-niket, filwaqt li jweġġa’ – jista’ jkun miżmum, espress, u jiġi ntegrat bil-mod, fil-ħajja ta’ kuljum.
U li f’dak il-proċess, huma jiskopru xi ħaġa li tfejjaqhom mill-fond: l-imħabba tkompli anke wara t-telfa

Charlene
Clinical Psychologist and Family TherapistClinical Supervisor


