
Trobbija Pozittiva tiffoka fuq il-bini ta’ konnessjoni u relazzjoni b’saħħitha mat-tfal filwaqt li jipprovdi wkoll lit-tfal b’konfini, struttura u konsegwenzi naturali meta jkun meħtieġ.
Positive Parenting Malta
L-għan li l-twaqqfet il-paġna soċjali Positive Parenting Malta huwa li tippromwovi materjal psikoedukattiv u appoġġ għall-ġenituri biex ikunu jistgħu jipprovdu ambjent san u jrawmu l-iżvilupp ta’ rabta sigura mat-tfal tagħhom. Il-ġenituri se jiġu pprovduti b’tekniki u linji gwida ta’ trobbija pożittiva li huma stabbiliti permezz ta’ riċerka fil-qasam u li jiffokaw fuq id-dinamika tal-familja u l-iżvilupp tat-tfal. Il-ġenituri se jkollhom ukoll spazju biex jistaqsu mistoqsijiet lill-professjonisti fil-qasam. Barra minn hekk, se jingħataw appoġġ, informazzjoni u gwida lis-servizzi lokali rilevanti.
Our Vision
What is Positive Parenting?

Hon. Michael
Falzon
It-trobbija hija mod kif ir-responsabbiltà tiġi mgħoddija minn ġenerazzjoni għall-oħra. Huwa permezz ta’ trobbija pożittiva tajba li t-tfal jitgħallmu jkunu empatiċi, ġentili u ta’ karattru morali tajjeb.

Ruth
Sciberras
li l-aktar rwol importanti jappartjeni lill-ġenituri. Il-ġenituri huma l-akbar mudelli li jaffettwaw il-valuri u l-opinjonijiet tat-tfal, l-iżvilupp tal-personalità tat-tfal u l-akkwist ta’ drawwiet tajbin.
Ikkuntattjana
Għandek mistoqsija? Ikkuntattjana issa… aħna nistgħu ngħinu!
