Addozzjoni u reżiljenza: Nifhmu l-vjaġġ tal-Familji Maltin

 

L-addozzjoni hija att ta’ mħabba profonda. Hi toffri sigurta’, stabilita’ u opportunita’ lit-tfal biex jikbru f’ambjent san wara xi esperjenzi bikrin li setgħu kienu diffiċlu u ta’ wġigħ.  Madankollu, l-addozzjoni mhix mument ta’ kuntentizza biss, għal dejjem – hija vjaġġ tul il-ħajja li tinvolvi fehma, paċenzja, trasparenza u reżiljenza.

F’Malta, peress li l-għaqda familjari u l-kura fil-komunita’ għandha valur profond, ħafna ġenituri jidħlu għall-addozzjoni b’kuraġġ u mpenn.  Din il-blog tesplora dak li r-riċerka tgħidilna fuq l-addozzjoni, kif ir-reżiljenza tikber fil-familji u kif il-kanzunetta sabiħa bil-Malti tassimila d-dinja emozzjonali tat-tfal li jkunu għaddew minn kura u telfien. 

It-tfal addottati jkollhom aktar sfidi?

Perspettiva Ibbilanċjata

Hemm twemmin komuni li tfal addottati awtomatikament jikkumbattu aktar mal-ħajja meta mqabbla ma’ tfal oħrajn.  Il-verita’ hija aktar kumplessa..

  • Mhux it-tfal kollha addottati jikkumbattu.  Ħafna minnhom jaġġustaw veru tajjeb u jibnu ħajja sana u sigura. 
  • L-isfidi normalment jiġu minn esperjenzi bikrin, bħalma huma l-instabbilita’, negliġenza jew żmien li wieħed qatta’ fl-istuzzjonijiet – mhux mill-addozzjoni nnifisha.
  • Tqabbil jista’ jqarraq bik.  Ir-riċerka ħafna drabi tikkompara tfal addottati li jkunu għaddew minn sfidi, ma’ dawk it-tfal li ma kienux addottati u għexu f’ambjent stabbli.
  • L-addozzjoni tista’ tkun il-fulkru tal-fejqan. Studji, b’mod kostanti juru li wara l-addozzjoni t-tfal imorru għall-aħjar fir-rigward ta’ kemm ikunu kapaċi jibnu relazzjonijiet intimi, ikollhom fehim emozzjonali u tkabbir soċjali.

Fil-qosor, l-addozzjoni ħafna drabi toffri protezzjoni u mhux ħsara

 

Il-Poter tar-Resiljenza fl-Addozzjoni

Ir-reżiljenza hija l-abilta’ li taddatta, tfiq u tikber meta taffaċja l-avversita’.  Għal tfal addottati, ir-reżiljenza tiżviluppa permezz ta’ relazzjonijiet – speċjalment dawk stabbli u dejjiema mal-ġenituri addottivi tagħhom.

  1. Persuni li jieħdu ħsieb il-kura b’mod kostanti

It-tfal ifendu aħjar meta jħossuhom sikuri, aċċettati u maħbuba.  Rutini prevendibbli u interazzjonijiet sani jgħinu sabiex wieħed jerġa’ jibni l-fiduċja.

  1. Komunikazzjoni miftuħa fuq l-addozzjoni

Ġenituri li jitkellmu bil-miftuħ fuq l-addozzjoni jgħinu lit-tifel/tifla tagħhom biex:

  • jifhmu l-istorja tagħhom
  • jipproċessaw sentimenti diffiċli
  • jiffurmaw sens ta’ identita’ stabbli

Is-silenzju jista’ jikkawża konfużjoni.  Meta tinfetaħ għall-ħaddieħor toħloq konnessjoni.

  1. Maġija ordinarja

Il-psikologa Ann Masten ssejjaħ għall-ħajja familjari ta’ kuljum – taqsim tal-ikel, rutini, daħk, mumenti ta’ tgezziz waqt il-ħin tal-irqad – maġija ordinarja għaliex dawn l-atti sempliċi jibnu s-sinsla tal-emozzjonijiet fit-tfal.

  1. Is-sapport matul il-ħajja

L-addozzjoni mhix avveniment imma proċess magħtul il-ħajja.  Hekk kif it-tfal jikbru, il-mistoqsija fuq l-identita’ u l-emozzjonijiet diffiċli jistgħu jerġgħu jitilgħu fil-wiċċ.  Is-sapport emozzjonali, l-empatija u l-abilta’ li tinfetaħ għal ħaddieħor – flimkien mal-għajnuna professjonali skond il-bżonn – huma kruċjali.

 

 

Nagħtu vuċi lit-tfal li qegħdin fil-Kura.

Naf Min Jien! by Dr Kevin Borg (miktuba mit-tabib Kevin Borg)

 

F’Malta, il-kanzunetta ‘Naf Min Jien’ tolqot profondament lil kull min jissapportja jew jieħu ħsieb tfal li esperjenzaw xi instabilita’ jew trawma.  Miktuba u kantata mill-pedjatra Kevin Borg, il-kanzunetta tagħti vuċi lis-sentimenti u d-dinja profonda tal-minuri li qegħdin fil-kura – il-karba sabiex jappertjenu, ikunu viżibli, u jkunu miżmuma. 

 

Dawn il-liriċi jirriflettu l-mistrieħ profond li tifel jew tifla jħoss/tħoss meta fl-aħħar jingħaqad/tingħaqad ma’ familja sana u mimlija mħabba.

“Sibt lil min jarani!
Min idur bija
U li jwennisni…
Sibt lil min jismagħni,
b’għożża jħaddanni!
Għax hekk jistħoqqli,
b’rasi fuq għonqi,
Iva Jien Niswa!”

 

Dawn il-kliem jirriflettu dak li tifel/tifla jistħoqqlu/jistħoqilha

  • li jkun/tkun viżibli
  • li jkun/tkun ikkurat/a
  • li jkun/tkun mismugħ/mismugħa
  • U li jkun/tkun miżmum/a b’dignita’ ġentili

 

Għall-ġenituri addottivi, dawn il-liriċi jistgħu jqanqlu konverżazzjonijiet sinifikanti fuq l-appartenenza, it-telfa, l-identita’ u t-tama.  Huma jservu bħala tifkira li wara kull storja tal-addozzjoni hemm tifel jew tifla mxennaq/mxenqa biex iħossuhom siguri – u li ħaqqhom dik is-sigurta’.

 

Nifhmu l-vjaġġ kontinwu

Anke ġo familji addottivi b’saħħithom u mimlija mħabba, l-isfidi emozzjonali jistgħu jerġgħu jitfaċċaw f’mumenti differenti – speċjalment waqt l-adoloxxenza u ż-żgħożija.  It-tfal jistgħu jiffaċċjaw:

 

  • mistoqsijiet fuq l-identita’
  • kunflitti ta’ lejaltajiet
  • telfa relatata mal-familja bijoloġika tagħhom
  • sfidi biex jafdaw u jirregolaw l-emozzjonijiet tagħhom
  • anzjeta jew dwejjaq
  • diffikultajiet biex jinnavigaw ir-relazzjonijiet

 

Dan ma jfissirx li l-addozzjoni falliet

Dan ifisser li t-tifel jew it-tifla qed tipproċessa/jiproċessa l-istorja tiegħu/tagħha – u li għandhom bżonn is-sapport tagħkom.

Li titlob l-għajnuna ta’ psikologi jew gruppi ta’ sapport huwa sinjal ta’ mpenn mhux djufija.

 

Għajnuna prattika għall-ġenituri addottivi

  1. Għamel spazju għal kull emozzjoni

Mhux biss ferħ, imma dwejjaq, konfużjoni, rabja jew kurżita’.

  1. Żomm id-djalogu miftuħ

Innormalizza d-diskussjoni fuq l-addozzjoni matul it-tfulija u l-adoloxxenza kollha.

  1. Oħloq rutini b’saħħithom u prevedibbli.

Il-konsistenza toħloq sigurta’.

 

  1. Ingħaqad ma’ familji addottivi oħra

Inti mintix mistenni li timxi dan il-vjaġġ waħdek.

 

  1. Iċċelebra l-identita’ ħolistika tat-tifel/tifla tiegħek

Għeruq kulturali, traċċi personali, l-istorja tat-twelid, u l-familja preżenti – kollha huma mportanti.

 

Messaġġ ta’ tama

L-addozzjoni mhix mod kif tħassar il-passat.  Huwa mod kif toffri tifel/tifla futur mimli mħabba, stabilita’ u appartenenza.

Ir-riċerka turi li b’sapport adegwat, ħafna tfal addottati jifjorixxu – soċjalment, emozzjonalment, akkademikament u personalment.  Huma jikbru f’adulti reżiljenti li jafu huma min huma, b’relazzjonijiet b’saħħithom u sens qawwi ta’ identita’. 

U l-kanzunetta “Naf Min Jien” tfakkarna li kull tifel u tifla ħaqqu jkun sigur biżżejjed biex jgħid/tgħid:

“Iva… jien niswa.”

L-Addozzjoni tista’ tagħmel dik il-verita’ possibli.

 

 

Charlene

Charlene

Clinical Psychologist and Family TherapistClinical Supervisor

Aktar Qari

Ikkuntattjana

Għandek mistoqsija? Ikkuntattjana issa… aħna nistgħu ngħinu!