Għaliex il-logħob huwa aħjar mill-ħin li nqattgħu quddiem l-‘Iskrin’: Insaħħu l-Istat Mentali tat-Tfal Tagħna. 

Bħala psikologa u omm ta’ żewgt ibniet li qed jikbru hawn Malta, jien naf kemm hi kbira t-tentazzjoni li tiddependi minn tagħmir diġitali biex iżżomm lit-tfal kuntenti. L-iskrins jinstabu kullimkien, u l-pressjoni li wieħed iħoss biex jagħti ‘smartphones’ jew ‘tablets’ lit-tfal “għaliex kulħadd għandu wieħed” hija rejali.


Imma, ammont kbir ta’ evidenza li qed takkumula ġmiela, qed tfakkarna illi dak li t-tfal għandhom bżonn l-aktar, huwa żvilupp san u mhux aktar ħin quddiem l-iskrin – aktar ħin għall-logħob, konnessjonijiet wiċċ imb’ wiċċ, u ħin fejn ma tkunx ikkonnettjat b’mod diġitali.


Din il-verita’ naffaċjaha fil-mumenti ordinarji ta’ kull ġurnata. Ħu l-eżempju tar-restoranti. Wara ġurnata twila, l-eħfef ħaġa hija li tnewwel l-‘Ipad’ lit-tfal waqt li jkunu qed jistennew l-ikel. Imma minflok, jien sirt magħrufa (għall-anqas mal-bniet) li nġorr dak li jħobbu jirreferu għalih bħala “il-basket ta’ Mary Poppins”.


Ġewwa? Taħlita ta’ kotba tat-tpinġija, stikers, ‘puzzles’ żgħar, u xi kultant anke logħob tal-karti. Mhux dejjem tirrenja l-indafa – xi minn daqqiet ħallejna xi kuluri warajna – imma rnexxielna ndawru l-ikliet f’mumenti ta’ daħk, krejattivita’ u konnessjoni bejnietna, minflok f’silenzju assolut quddiem l-iskrin.


Iva, xi kultant nispiċċa miksija bl-istikers jew b’xi tatwaġġ ta’ xi ‘unicorn’ kollu jlellex fuq idi – imma dejjem nippreferi hekk milli dawk l-għajnejn ċassi li jkollhom waqt li jkunu fuq il-You Tube.


Il-punt huwa: dawn l-għażliet iż-żgħar jagħmlu differenza. Jagħtu messaġġ b’saħħtu lit-tfal tagħna – li l-immaġinazzjoni tagħhom, il-logħob tagħhom u l-preżenza tagħhom magħna hija biżżejjed.

X’tgħidilna r-riċerka?

Il-ħin fuq l-iskrin u r-riskji fuq is-saħħa:

L-Organizzazzjoni dinjija tas-Saħħa tirrakkomanda li tfal ta’ sitt snin jew aktar ma għandhomx iqattgħu aktar minn sagħtejn f’ġurnata quddiem l-iskrin, fil-ħin ta’ rikrejazzjoni. Madanakollu, l-istudji qed juru li t-tfal qed jeċċedu dan, b’ħafna aktar. L-użu tal-iskrins eċċessiv qed iwassal għall:

  • Aktar anzjeta’ u dipressjoni fit-tfal u żagħżagħ.
  • Inqas irqad ta’ kwalita’, speċjalment meta jużaw dan it-tagħmir sa tard bil-lejl.
  • Inqas kapaċita’ li żżomm l-attenzjoni, li tagħmilha aktar diffiċli li tikkonċentra meta tiġi għax-xogħol tal-iskola u logħob krejattiv.

Jonathan Haidt, l-awtur ta’ Ġenerazzjoni Anzjuża, jirreferi għal ‘smartphones’ bħala:

“Tagħmir li jwassal għal distrazzjonijiet, tentazzjonijiet, u tqabbil soċjali bejn it-tfal matul il-ġurnata u l-lejl kollu”.

Haidt jitfa’ l-importanza fuq l-għaqda bejn il-ġenituri sabiex il-ħajja magħtul it-trobbija tkun eħfef u waħda li tissapportja s-saħħa tat-tfal. Meta l-ġenituri jkunu ħaġa waħda – u jaqblu li ma għandhomx jagħtu ‘smartphones’ lit-tfal wisq kmieni – Il-pressjoni tibda tmajna u normi aktar sani jieħdu r-rigni. Kif ipoġġiha hu:
“Jekk inti l-unika ġenitur li ma tagħtix il-mobajl lit-tifel/tifla tiegħek….. it-tifel/tifla tiegħek ser iħossu/tħossha maqtugħa. Pero’ jekk inti taqbel ma’ xi ħames ġenituri oħra u flimkien tinkoraġġixxu l-logħob liberu, imbagħad inkunu diġa’ rbaħna.”

Din is-sens ta’ għaqda hija kruċjali. Haidt jikteb fuq kif wieħed jista’ jreġġa’ lura t-tfulija lejn il-logħol, indipendenza u konnessjoni mad-dinja rejali – u jenfasizza li biex tasal għaliha trid koordinazzjoni kollettiva bejniet il-ġenituri, l-iskejjel u l-komunitajiet.

Għaliex il-logħol jagħmel differenza?

F’kuntrast, il-logħob – kemm jekk jintlagħab ġewwa jew barra – jissapportja l-iżvilupp tal-moħħ, il-kapaċitajiet soċjali, l-emozzjonijiet ikkontrollati, il-krejattivita’ u r-reżiljenza. Il-logħob huwa l-mod kif it-tfal jagħmlu sens mid-dinja u jiżvilluppaw l-abilta’ li jsolvu l-problemi, jikkollaboraw u jibnu l-kunfidenza.

Il-bidla globali: Nerġgħu naħsbuha fuq l-użu ta’ ‘Smartphones’ fost it-tfal:

Xi pajjiżi qed imorru aktar lil hinn milli jillimitaw il-ħin fuq l-iskrin. Ispirati mir-riċerka li qed tikber, diversi gvernijiet qed jikkunsidraw jew saħansitra jimplimentaw projbizzjonijiet fuq l-użu ta’ ‘smartphone’ sa l-eta’ ta’ sittax -il sena. L-għan? Biex jipproteġu s-saħħa mentali tat-tfal, iħaddnu l-ħbiberija fost il-persuni, u jnaqqsu d-distrazzjonijiet akkademiċi.

Din tirrifletti dak li ħafna ġenituri diġa jħossu: hemm bżonn li t-tfal jibqgħu tfal u jkunu anqas esposti għall-pressjonijiet li ġġib magħha id-dinja diġitali.

Il-poteri superjuri li jiġu meta wieħed jistenna

Għal ħafna familji, l-aktar raġuni li t-tfal jingħatalhom ‘smartphone’ mhux għaliex huma jkunu lesti għalih – imma hija minħabba li kulħadd għandu wieħed. Il-biża’ ta’ esklużjoni soċjali hija rejali, speċjalment waqt it-tranżizzjoni lejn l-iskola sekondarja. Imma din hi l-aħbar it-tajba: li tistenna ma tfissirx li żżomm lit-tifel/tifla lura. Fil-fatt, tista’ saħansitra tirriżulta f’vantaġġ.

Dewmien fl-użu ta’ ‘smartphone’ tagħti lit-tfal: 

  1. Aktar ħin: Tfal ta’ etajiet bejn it-12-15 -il sena jqattgħu madwar 35 siegħa fil-ġimgħa fuq il-mobajl – ekwivalenti għall-ħin tax-xogħol fiss (full-time). Mingħajru, it-tfal jistgħu jużaw xi siegħat biex jilgħabu, jidħku, jesploraw, u jikkonnettjaw mad-dinja rejali.
  2. Aktar liberta’: Liberi mill-pressjoni ta’ validita’ diġitali fejn jidħlu ‘likes’ (kemm tintogħġob) u ‘streaks’(kemm iġġenerajt interess); it-tfal għaldaqstant jistgħu jiskopru minn huma tassew.
  3. Abiltajiet soċjali rejali: Meta ma jkunux konnessi mal-internet, it-tfal jitgħalmu kif jibnu ħbiberiji profondi permezz ta’ konnessjonijiet wiċċ imb’wiċċ.
  4. Saħħa mentali aħjar: Ir-Riċerka mill-Kulleġġ tar-Re f’Londra juri illi ż-żagħżagħ li huma vvizjati ħafna għal ‘smartphones’ għandhom it-tendenza li jkunu darbtejn aktar suxxettibli għall-anzjeta’ u tliet darbiet aktar suxxettibli li jsoffru minn dippressjoni.
  5. L-abilta’ li tkampa fil-futur: Il-ħin li tqatta’ mingħajr ma tkun konness mad-dinja diġitali tagħmlek aktar iffukat, krejattiv, u kapaċi tarbel meta taħseb – l-abiltajiet rejali li t-tfal tagħna se jkollhom bżonn f’dinja mmexxija mill-AI.
  6. Attenzjoni ffukata fuq it-tagħlim: Mingħajr distrazzjonijiet diġitali kontinwi, it-tfal jikkonċentraw aħjar, jikkonnettjaw aktar fil-fond, u jippromettu aktar fl-iskola.
  7. Irqad aħjar: Iż-żagħżagħ għandhom bżonn 8-10 siegħat ta’ mistrih f’kull lejl. Tfal li ma jużawx ‘smarphone’ normalment ikollhom irqad aktar fit-tul, aktar fil-fond u din tħalli mpatt b’saħħtu fuq l-iżvilupp tal-moħħ. 

Dawn mhumiex rebħiet żgħar.  Dawn huma poteri superjuri – u jiġu minn għażla sempliċi: l-istennija.

Inrabbu flimkien: Nibnu u ningħaqdu b’vuċi waħda 

It-trobbija fl-era diġitali mhix faċli. Ħafna minna nibżgħu li t-tfal tagħna ‘l-uniċi’ mingħajr mobajl. Għalhekk hija mportanti li l-ġenituri jingħaqdu flimkien bħala komunitajiet u skejjel, biex jissapportjaw lil xulxin fl-għażla li jtawlu kemm jista’ jkun, l-użu ta’ ‘smartphones’ u jinkoraġixxu vizzji aktar sani.

Meta l-ġenituri jingħaqdu, hemm inqas possibilita’ li t-tfal iħossuhom imwarrba, u normi aktar sani jistgħu jibdew ipoġġu l-għeruq. Din m’għandiex x’taqsam ma’ perfezzjoni jew ġudizzju. Għandha x’taqsam mal-għajnuna li aħna nagħtu lill-uliedna biex ikunu kapaċi jfendu anke meta ma jkunux konnessi mal-internet – b’aktar attenzjoni ffukata, aktar liberta’, ħbiberiji aktar b’saħħithom u saħħa mentali aħjar.

Charlene

Charlene

Clinical Psychologist and Family Therapist

Aktar Qari

Positive Parenting Malta u taħditiet Psikoedukattivi

Positive Parenting Malta tkompli tippromwovi aktar għarfien dwar il-ħiliet fit-trobbija pożittiva u tipprovdi appoġġ prattiku għall-ġenituri u l-professjonisti billi toffri webinars psikoedukattivi. Positive Parenting Malta se torganizza webinar mad-Dipartiment...

Positive Parenting Malta and Psychoeducational talks

Ikkuntattjana

Għandek mistoqsija? Ikkuntattjana issa… aħna nistgħu ngħinu!