Jekk inti esplorajt trobbija pożittiva, il-probabilta’ hi li diġa’ smajt b’dan il-parir: żomm il-kalma, irrikonoxxi l-emozzjonijiet, u rregola b’mod konġunt minflok tikkastiga. Hija gwida b’saħħitha – imma ħafna ġenituri għadhom jistaqsu:
“Din tfisser li għandi nieqaf minn kollox kull darba li t-tifel/tifla jkun/tkun irrabjat/a? Ma nista’ qatt nagħtihom ftit spazju?”
Il-verita’ hi li jiddependi. Il-fulkru mhuwiex jekk it-tfal humiex waħedhom mal-emozzjoniji tagħhom, imma kif u għalfejn qegħdin waħedhom. Ejja nidħlu aktar fil-fond u nħarsu aktar mill-qrib lejn ir-riċerka – u l-ħajja tal-familja ta’ kuljum – u naraw x’tista’ tgħallimna.
Meta l-fatt li ssib ruħek waħdek tinħass daqs li kieku ġejt imwarrab
Immaġina li t-tifel/tifla ta’ ħames snin jigi/tiġi d-dar b’enerġija sfrenata wara li jkun/tkun attenda/attendiet xi ċelebrazzjoni. Xi minuti wara, jibdew jibku għaliex qtajtilhom il-ħobż fi kwadri minflok fi trijangli. Tkun eżawsta u wara li tipprova tikkuntenthom, taqbiżlek.
“Mur fil-kamra. Ma rridx narak qabel ma tieqaf tibki.”
Jibdew jibku b’aktar qilla, jiġru warajk, u jiddendlu miegħek. Meta timbutthom u tagħlaq il-bieb, il-messaġġ li jaslilhom mhix ‘ħu daqsxejn ħin biex tikkalma.” imma hija “l-emozzjonijiet tiegħek huma wisq għalija”.
Speċjalment fejn jidħlu tfal iżgħar, solitudni sfurzata waqt xi kollass emozzjonali, ħafna drabi tinħass bħala esklużjoni – u b’hekk jafu jagħqilgħu pandimonju saħasitra ikbar.
Meta li tkun waħdek tinħass bħala awtonomija
Issa immaġina t-tifel ta’ 10 snin wara l-prattika tal-futbol. Ma nrexxilux jilqa’ gowl kruċjali, iħossu mbarazzat, u jpoġġi fuq il-mejda bid-dmugħ, bla ħoss, f’għajnejh.
“Qed ninduna kemm inti iddiżappuntat. Veru għamilt ħiltek kollha.
Hu jirrispondi:
“Għandi bżonn noqgħod waħdi għal ftit ħin”
Din hija differenti. Inti diġa’ rrikonoxxejt l-emozzjonijiet tiegħu w offrejt konnessjoni. Talli tirrispetta x-xewqa tiegħu għal ftit spazju, inti tkun qed tonora l-abilta’ tiegħu li jirregola lilu nnifsu u juri fiduċja fl-indipendenza tiegħu. Aktar tard, iċċekja miegħu, imma m’hemmx għalfejn toqgħod issus warajh.
Hawnhekk, il-solitudni hija għażla – mhix esklużjoni.
X’inhi, dik li tagħmel id-differenza?
Ma għandiex x’taqsam ma’ jekk it-tifel/tifla huwiex/hijiex fiżikament waħdu/waħedha. Għandha x’taqsam ma’ jekk is-solitudni tinħasx daqs li kieku kastig jew inkuraġġament.
It-tfal ifendu meta jkunu jafu:
- Li l-emozzjonijiet tagħhom huma validi, anke dawk li huma mħawdin.
- M’humiex ‘wisq’ għan-nies li jħobbu
- Is-sapport huwa fil-viċin, anke jekk dawn jagħżlu li jegħlbu l-mewġa waħedhom.
Ix-xjenza ta’ Emozzjonijiet kbar
Ix-xjenza neoroloġika tfakkarna li t-tfal ma jkunux għadhom żviluppaw is-sistema li tirregola l-emozzjonijiet kompletament. Moħħhom jiddependi fuq ir-regolazzjoni b’mod konġunt – is-self tal-kalma minn xi adult li huma jafdaw – qabel ma jkunu jistgħu jirregolaw irwieħhom tabilħaqq. Maż-żmien, b’sapport repetittiv, huma jibnu l-abilta’ li jimmaniġjaw l-emozzjonijiet b’mod aktar indipendenti.
Din ma tfissirx illi l-ġenituri għandhom isolvu kull kollass emozzjonali mill-ewwel. Tfisser illi l-preżenza hija mportant, u li t-tip ta’ preżenza tgħaddi għandhom waqt li jkunu qed jikbru.
- Tfal iżgħar għandhom bżonn li jħossu l-preżenza fiżika mill-qrib u r-rassikurazzjoni.
- Tfal tal-iskola jibbenefikaw minn strateġiji ta’ taħriġ u gwida
- Iż-żagħżagħ u l-adoloxxenti jibdew jipprattikaw l-indipendenza filwaqt li jkunu jafu li s-sapport huwa b’saħħtu.
Metodi prattiċi biex tissapportja mingħajr ma toħnoq
- Antiċipa l-bżonnijiet bażiċi. Ġuħ, għejja, jew stimulazzjoni żejda jistgħu jinstigaw lit-tfal biex jitilfuha. Ikel ħafif, mistrih, jew mumenti ta’ kwiet ħafna drabi jgħinu.
- Uża tranżizzjonijiet ġentili. Meta terġa’ tistabilixxi l-kalma (logħob, mużika jew ħin għal kwiet) tkun qed tiffaċilita t-tranżizzjoni bejn attivita’ u oħra.
- Kun preżenti mingħajr ma titfa’ pressjoni. Xi kultant li tpoġġi bilqegħda bil-kwiet, toffri tgħanniqa, jew tpoġġi jdejk wara darhom hija biżżejjed.
- Ibbilanċja bejn li tkun qrib u li tagħti spazju. Jekk hemm bżonn li tmur ftit il-bogħod jew it-tifel/tifla jitlob/titlob ftit privatezza, ħudha bħala turija ta’ fiduċja, mhux abbandun – imbagħad erġa’ lura biex tingħaqad mill-ġdid.
Riflessjoni għall-ġenituri
Meta t-tifel/tifla jerġa’/terġa jkollu/jkollha emozzjonijiet kbar, ippawża u staqsi lilek innifsek:
- Jiena qegħda nirrispondi għall-bżonnijiet tat-tifel/tifla, jew qed nirrejaġixxi mill-iskonfort tiegħi.
- Jista’ jkun li t-tifel/tifla tiegħi ser iħossu/tħossha aktar issapportjat/ha jekk jien nibqa’ viċin jew jħossu/tħossha aktar irrispettat/ha jekk jiena noqgħod pass lura?
Dan il-mument ta’ riflessjoni ħafna drabi jbiddel kompletament kif wieħed jirrelata.
Riflessjonijiet tal-aħħar
Emozzjonijiet kbar mhumiex xi ħaġa fissi. Huma opportunitajiet biex tgħallem ir-reżiljenza, il-fiduċja, u s-sigurta’ emozzjonali. Xi kultant din tkun riflessa meta wieħed ipoġġi ħdejn it-tifel/tifla waqt li jkunu qed jibku. Xi kultant din timmanifesta ruħha meta nagħtu spazju b’ċertu riassikurazzjoni. U xi kultant turiha billi terġa’ lura aktar tard biex tirrepara u tikkonnettja
L-aktar importanti huwa l-messaġġ li t-tifel/tifla jirċievi/tirċievi:
L-emozzjonijiet tiegħek qatt m’huma kbar wisq għalija. Jien qegħda hawn, u nemmen li inti tista’ timmaniġjhom.”
Ġenituri, din kif timmanifesta ruħha fid-dar tagħkom? It-tifel/tifla tagħkom jitlob/titlob li jkun/tkun viċini jew jistaqsi/tistaqsi għal daqsxejn spazju, jew taħlita tat-tnejn? Aqsmu l-esperjenzi tagħkom – il-ħsibijiet tagħkom jistgħu jinkoraġġixxu ġenituri oħrjan li jkunu għaddejin mill-istess tempesta.

Charlene
Clinical Psychologist and Family Therapist


