Koparteċipazzjoni fid-69 Konferenza Annwali tal-ICCFR: Esplorazzjoni tal-Perspettivi Interġenerazzjonali fil-Familji

Positive Parenting Malta kellha l-unur li tkun koparteċipant fid-69 Konferenza Annwali tal-Kummissjoni Internazzjonali dwar ir-Relazzjonijiet tal-Koppji u tal-Familji (ICCFR), li ffokat fuq it-tema “Perspettivi Interġenerazzjonali fil-Familji – Sfidi u Opportunitajiet.” L-avveniment analizza d-dinamika bejn ġenerazzjonijiet differenti, b’enfasi fuq ir-rwol kruċjali li għandhom ir-relazzjonijiet interġenerazzjonali fil-formazzjoni tal-benesseri tal-familji u l-koeżjoni fil-komunità.

Il-konferenza laqqgħet esperti internazzjonali u lokali, riċerkaturi, dawk li jfasslu l-politika u professjonisti minn diversi oqsma, sabiex jesploraw kif fatturi psikoloġiċi, kulturali, ekonomiċi u soċjali jaffettwaw il-konnessjonijiet bejn il-ġenerazzjonijiet. Id-diskussjonijiet trattaw is-sehem tan-nanniet fl-iżvilupp tat-tfal, strateġiji biex tissaħħaħ ir-reżiljenza bejn il-ġenerazzjonijiet, kif ukoll sfidi bħal qasma diġitali u r-rwoli tal-familja li qed jinbidlu.

Permezz ta’ dawn il-konversazzjonijiet, din il-konferenza serviet ta’ pjattaforma fejn saħqet fuq l-importanza li jissaħħu r-rabtiet interġenerazzjonali biex jiġi promoss l-istabbiltà, l-appoġġ u l-kontinwità fi ħdan il-familji u fis-soċjetà b’mod aktar wiesa’.

Aktar Qari

Janice Sargent

Min int u x’inhu l-irwol tiegħek?
Jiena jisimni Janice Sargent. Il-professjoni tiegħi hija ta’ psychologist pero l-irwol tiegħi f’dan il-proġett huwa ta’ research manager. Ix-Xogħol tiegħi jinqasam fit-tnejn. L-ewwel parti huwa li nistudja ir-riċerka u l-letteratura li saret ma ġenituri fiż-żmien ta qabel u wara il-ħlas biex flimkien mat-tim tar-riċerkaturi inkunu nistaw naraw is-sitwazzjoni f’Malta kif inhi u x’tip ta’ għajnuna tkun ta’ benefiċċju għall-dawn in-nies. It-tieni parti tax-xogħol tiegħi huwa iktar prattiku, jien nieħu ħsieb it-tqassim u l-gġbir tal-kwestjonarji u nara li kollox miexi kif suppost.

Parenting_Banner

Sapport lill-ġenituri bi tfal taħt it-3 snin

Il-Programm 'Parents as Partners', issa ser ikun offrut fuq livell nazzjonali wara li twettaq b'suċċess il-proġett pilota li beda fl-2023. Programm li ħalla impatt pożittiv u li huwa ddisinjat sabiex jgħin lill-koppji b'tfal żgħar isaħħu r-relazzjoni tagħhom kemm...

Ikkuntattjana

Għandek mistoqsija? Ikkuntattjana issa… aħna nistgħu ngħinu!