Positive Parenting Malta u taħditiet Psikoedukattivi

Positive Parenting Malta tkompli tippromwovi aktar għarfien dwar il-ħiliet fit-trobbija pożittiva u tipprovdi appoġġ prattiku għall-ġenituri u l-professjonisti billi toffri webinars psikoedukattivi. Positive Parenting Malta se torganizza webinar mad-Dipartiment tat-Terapija Okkupazzjonali dwar il-Ħiliet fit-Trobbija Pożittiva fix-xhur li ġejjin. Din it-taħdita se ssir mis-Sa Charlene Aquilina, Psikologa Klinika u Terapista tal-Familja.

Barra minn hekk, Positive Parenting Malta se torganizza serje ta’ webinars mis-Sa Charlene Aquilina għall-Pedjatriċi bil-għan li tappoġġjahom fix-xogħol kliniku tagħhom meta jittrattaw ma’ ġenituri u tfal li jkunu jeħtieġu aktar appoġġ ta’ trobbija/relazzjonali. Dan huwa skedat għax-xhur li ġejjin.

Aktar Qari

Ikkuntattjana

Għandek mistoqsija? Ikkuntattjana issa… aħna nistgħu ngħinu!