Il-wasla tat-tarbija ħafna drabi tkun fl-immaġinazzjoni tagħna ferm qabel ma sseħħ. Il-ġenituri jafu joħolqu stampa tal-ewwel tgħanniqa, tal-ewwel laqgħa tat-tarbija mal-familja, tal-wasla tat-tarbija d-dar, u ta’ kif, bil-mod il-mod ser jirnexxielhom isibu saqajhom flimkien.
Imma xi kultant, il-bidu jidher differenti ħafna.
Riċentement, membru tal-familja welldet tarbija qabel iż-żmien u t-tarbija tagħhom kellha bżonn tiddaħħal fil-kura intensiva tat-trabi tat-twelid magħruf bħala NPICU. L-NPICU hija taqsima speċjalizzata ġewwa l-isptar li tipprovdi kura medika intensiva u moniteraġġ tat-trabi li jitwieldu qabel iż-żmien, ikunu ma jifilħux jew li għandhom bżonn sapport addizzjonali wara t-twelid. Wara li ġejt wiċċ’imb wiċċ ma’ familja għall-qalbi li kellha tgħaddi minn din l-esperjenza, bdejt nirrifletti aktar fil-fond, kemm b’mod personali u professjonali, fuq dak li l-ġenituri jgħaddu minnhom meta l-bidu tat-trobbija tieħu żvolta oħra mingħajr ma wieħed ikun qed jistennieha.
Għal dawk il-familji li qed jesperjenzaw il-kura tat-tarbija tat-twelid, ħafna mħabba u ferħ jista’ jeżisti biswit il-biża’, l-inċertezza, l-eżawrazzjoni u t-telfa tal-ħajja ġdida li kienu qed jimmaġinaw. Hija importanti li aħna nżidu l-għarfien. Dan mhux biss sabiex il-ġenituri jħossuhom inqas waħedhom imma anke sabiex dawk ta’ madwarhom jistgħu jifhmuhom aktar u jkunu jafu aktar kif għandhom jissapportjawhom.
Meta nsiru ġenituri tkun tfisser ukoll li nsiru ġenitur tal-NPICU
Meta timxi fit-taqsima tat-trabi tat-twelid għall-ewwel darba tista’ tiġi emozzjonat mhux ħażin. Minflok sempliċiment iżżomm lit-tarbija tiegħek u tibda ssir tafha, taf issib ruħek imdawwra bil-moniters, inkubaturi, terminoloġiji mediċi u konverżazzjonijiet fuq is-saħħa tat-tarbija.
Il-ġenituri jafu jesperjenzaw ħafna emozzjonijiet differenti u saħansitra xi minn daqqiet kunflinġenti; imħabba, ferħ, mingħajr ħeġġa, biża’, dwejjaq, rabja, gratitudni u tama. Xi wħud iħossuhom bħal li kieku l-ħajja saret limitata biss għall-aħbar mediku li jmiss, xi riżultat tat-test jew xi mument żgħir importanti.
Jista’ jkun hemm anke niket relatat ma’ dak li kellu jseħħ u ma seħħx; l-aħħar ġimgħat tat-tqala, l-esperjenza tat-twelid li kont qed tispera, il-kuntatt fiżiku, ġilda ma’ ġilda, it-tisqija tat-tarbija kif immaġinajtha, l-ewwel laqgħa bejn l-aħwa jew in-nanniet jew sempliċiment il-wasla tat-tarbija d-dar.
Dawn it-telfiet jistgħu jkunu diffiċli biex ħaddieħor jirrikonoxxi għaliex, kif wieħed jista’ jifhem, l-attenzjoni tkun kollha iffukata fuq is-saħħa tat-tarbija. Madanakollu l-esperjenza emozzjonali tal-ġenituri hija importanti wkoll.
Ir-riċerka konsistentement turi li meta t-tarbija tiddaħħal f’kura intensiva wara t-twelid, din tikkawża impatt qawwi fuq il-benesseri tal-ġenituri. L-anzjeta’, il-burdata u s-sintomi assoċjati ma’ stress ikkaġunat minn trawma, partikolarment meta t-twelid tat-tarbija jkun tal-biża’ u mhux mistenni, ikun hemm inċertezza fuq is-saħħa tat-tarbija u s-separazzjonji immedjata tat-tarbija mill-ġenituri.
Importanti li aħna nifhmu dan kollu għaliex is-sapport psikoloġiku għall-ġenituri m’għandhux ikun xi ħaġa addizzjonali. Meta nissapportjaw lill-ġenituri nkunu qed nissapportjaw lill-familja li ddur mat-tarbija.
Imma jien għandi nħossni grata li t-tarbija tiegħi qed tingħata l-kura li għandha bżonn….
Inti jaf tħossok grata lejn il-professjonisti li qed jieħdu ħsieb tat-tarbija imma xorta waħda jkollok xewqa kbira li t-tarbija tinħeles mill-bżonn li tkun hemmhekk.
Iż-żewġ affarijiet huma veri.
Tista’ tħossok fiduċjuż filgħodu imma beżgħan wara nofsinhar.
Tista’ tiċċelbra żieda żgħira fil-piż imma xorta tħoss it-telfa tal-esperjenza tat-twelid li kont qed tistenna.
Tista’ tħoss baraxx ta’ mħabba lejn it-tarbija filwaqt li tħossok maqtugħ, bla emozzjoni jew insikur fuqek innifsek bħala ġenitur.
U tista’ tesperjenza ħtija, thewdin li forsi stajt għamilt xi ħaġa ħażina, jekk ġismek b’xi mod ma rrispondiex għall-bżonnijiet tat-tarbija jew stajtx issuperajt dan il-mument aħjar.
Emozzjonijiet diffiċli li ma jistgħux jitkejlu u jitniżlu kemm inti tħobb lit-tarbija. Dawn huma modi raġjonevoli ta’ kif inti tirrispondi għal din is-sitwazzjoni li hija estremament esiġenti.
M’hemmx mod korrett ta’ kif għandek tħossok magħtul din l-esperjenza ġewwa NPICU.
Sib postok bħala ġenitur tat-tarbija tiegħek.
Waħda mill-aspetti l-aktar diffiċli fejn tidħol il-kura tat-trabi hija meta tibda tħoss li kulħadd jaf jieħu ħsieb tat-tarbija tiegħek aħjar minnek.
Il-professjonisti mediċi jkollhom bżonn jieħdu ħsieb ħafna mill-aspetti tal-kura tat-tarbija, u din xi kultant tħalli lill-ġenituri josservaw dak li jkun qed jiġri minflok iġibu ruħhom ta’ ġenituri.
Madanakollu inti tibqa’ l-ġenitur tat-tarbija.
Meta jkun medikament opportun, saqsi lit-tim tal-kura tat-trabi jekk tistax tinvolvi ruħek. Dan jiddependi mill-bżonnijet tat-tarbija f’dak il-ħin u l-istadju ta’ kura li t-tarbija tkun fiha, din tista’ tinkludi kuntatt ġilda ma’ ġilda, tisqija u tibdil tal-ħarqa, għajnuna biex taħsel lit-tarbija jew mumenti fejn inti tagħti wens lit-tarbija jew sempliċiment tkun fil-qrib.
Meta ma jkunx għadu possibbli li żżomm lit-tarbija, inti xorta waħda tista’ tirrelata mat-tarbija. Tista’ tkellimha, tkantalha, taqralha storja, tpoġġi ħdejn l-inkubatur jew tistaqsi lill-ħaddiema biex juruk kif tista’ tmiss lit-tarbija b’mod sigur.
U aktar importanti minn hekk, il-ġibda lejn it-tarbija ma sseħħx f’mument perfett, immedjatament wara t-twelid.
Ir-relazzjonijiet jikbru permezz ta’ ħafna mumenti żgħar, irrepetuti fuq perjodi ta’ żmien.
Jekk inti ma tħossx dik il-ġibda intensiva immedjatament, kif forsi pretendejt, din ma tfissirx li hemm xi ħaġa ħażina fir-relazzjoni tiegħek mat-tarbija. Inti u t-tarbija tiegħek qed issiru tafu lil xulxin f’ċirkostanzi li l-ebda waħda minnkom pretendiet.
Agħti ċans lir-relazzjoni tikber.
Ħu ħsieb tiegħek innifsek waqt li t-tarbija tiegħek tkun l-NPICU
Meta t-tarbija tiegħek ma tkunx tiflaħ, il-parir biex ‘tieħu ħsieb tiegħek innifsek’ tista’ tinstema’ impossibli. Il-ġenituri jafu jħossuhom ħatja meta joħorġu mill-isptar, imorru jorqdu, jieklu ikla tajba jew saħansitra jkollhom mument ta’ ferħ.
Il-kura tiegħek innifsek meta t-tarbija tiddaħħal l-NPICU m’hemmx għalfejn tkun xi ħaġa impressjonanti.
Jista’ jkun li sempliċiment tfisser:
- eating regularly and drinking enough water; – tiekol b’mod regolari u tixrob biżżejjed ilma.
- stepping outside for ten minutes; – toħroġ ftit barra għal għaxar minuti
- sleeping when an opportunity arises; – tieħu l-okkażjoni biex torqod daqsxejn
- accepting a meal someone has prepared; – taċċetta xi ikla li xi ħadd ippreparalek
- allowing someone else to care for your older children for a few hours; – tħalli lil xi ħadd jieħu ħsieb l-ulied l-oħra għal ftit sigħat.
- writing down questions before speaking with the medical team; – tikteb xi mistoqsijiet qabel ma titkellem mat-tim mediku
- keeping a diary of your baby’s journey if this feels meaningful; – iżżomm djarju tal-vjaġġ tat-tarbija jekk din tinħass sinifikanti
- speaking honestly to someone you trust; titkellem b’mod onest ma’ xi ħadd li tafda
- taking a break from messages and medical updates when you need one. – tieħu waqfa mill-messaġġi u l-aġġornamenti mediċi skond il-bżonn
Il-ġenituri għandhom dritt jistaqsu mistoqsijiet aktar minn darba.
Meta nkunu beżgħana, eżawsti u nħossuna għaddejjin minn wisq, l-abilita’ tagħna li nassorbu informazzjoni ikkumplikata tista’ tiġi affettwata. M’għandekx għalfejn tiftakar kollox mal-ewwel darba li xi ħadd jispjegalek.
Staqsi lit-tim mediku biex jispjega aktar bil-mod, biex jikklarifika xi termini li mhux familjari għalik jew jirrepeti informazzjoni meta għandek bżonn li jagħmlu hekk.
Ħalli lin-nies jgħinuk, imma għidilhom inti x’għajnuna għandek bżonn
Il-ħbieb u l-qraba ħafna drabi ġenwinament ikunu jridu jgħinu imma ma jkunux jafu x’jaqbdu jgħidu.
Xi kultant l-aktar sapport utli mhux dak il-messaġġ li jgħid ‘smajt xi ħaġa oħra? Imma dak il-mument fejn wieħed joħodlok xi ħaġa li qed ittaqqal is-sitwazzjoni li diġa’ hija tqila.
Minflok tkompli tipprova tfendi kollox waħdek, ikkunsidra tħalli nies li inti tafda biex jgħinuk f’affarijiet żgħar prattiċi: preparament tal-ikel, ix-xirjiet, il-ħasil tal-ħwejjeġ, il-twassil tat-tfal l-iskola, l-annimali domestiċi jew il-ħtiġijiet tat-tfal akbar tiegħek.
Tista’ tinnomina wkoll xi membru tal-familja jew ħabib biex jinforma u jaġġorna lill-oħrajn.
Meta tirrepeti l-istess iinformazzjoni medika għal ħafna drabi, tista’ toħodlok ħafna enerġija emozzjonalment.
U wieħed jifhem li inti tgħid:
Napprezzaw li intom qed taħsbu fina. Mhux dejjem ikollna xi informazzjoni ġdida u xi kultant ma jkollniex l-enerġija li nirrispondu. Serrħu raskom li ser naqsmu magħkom l-informazzjoni importanti appena nistgħu.
Meta żżomm xi ftit distanza ma jfissirx li inti mhux grat. Xi kultant hija importanti għall-familja li żżomm daqsxejn distanza biex tkun tista’ tipproteġi l-ftit enerġija emozzjonali li jkollok.
Ftakar fil-ġenitur l-ieħor ukoll.
L-ommijiet, bir-raġun, jirċievu ħafna attenzjoni wara t-twelid tat-tarbija, speċjalment meta dawn ikunu qed jirrikoveraw fiżikament huma nfushom. Imma l-missirijiet u s-sieħba jistgħu jesperjenzaw dwejjaq sinifikanti wkoll.
Huma jkunu qed jissapportjaw lill-omm, jippruvaw jifhmu l-informazzjoni medika, jikkomunikaw mal-qraba, jieħdu ħsieb lit-tfal l-oħra, jippruvaw ikampaw max-xogħol u r-responsabilitajiet prattiċi, u jippruvaw jissuperaw il-biża’ tagħhom fuq it-tarbija.
Xi kultant is-sieħeb isir ‘dak l-aktar b’saħħtu’ u l-istress tagħhom isir inviżibbli.
Is-sieħeb jaf jaġixxi b’modi differenti. Wieħed jaf ikun irid jitkellem kontinwament fuq dak li ġara waqt li ieħor jikwieta jew jiffoka fuq qadjiet prattiċi. Il-fatt li jużaw stili differenti biex jissuperaw dak li għaddejjin minnu ma jfissirx li persuna jinpurtaha aktar minn oħra jew li persuna qed tiġi affettwata aktar minn oħra.
Provaw staqsu lil xulxin
Kif inti llum?
X’għandek bżonn mingħandi bħalissa?
Għandek bżonn xi ħadd jisimgħek, jew trid li nitkellmu fuq dak li nistgħu nagħmlu?
Mhux bilfors ikun hemm soluzzjoni. Xi kultant hu biżżejjed li taf li hemm xi ħadd jisimgħek.
Meta jkun il-waqt li titlob għal aktar sapport
M’hemmx aspettattiva li l-ġenituri għandhom sempliċiment ikampaw b’esperjenza bħal din.
Biża’, dwejjaq u anxjeta’ huma raġjonevoli. Imma jekk dawn l-emozzjonijiet jippersistu jew jinħassu wisq, sapport addizzjonali jista’ jgħin.
Tkellem mal-professjonist tas-saħħa jekk qed tesperjenza paniku kontinwu, tlift kull fiduċja, qed jaffettwawk xi memorji, qed ikollok ħolm ikrah, tħossok il-ħin kollu fuq ix-xwiek, qed tinqata’ minn oħrajn jew qed issiba diffiċli aktar u aktar biex tiffunzjona. Tista’ tinduna illi l-impatt emozzjonali jsir aktar ċar aktar tard, anke wara li t-tarbija tiġi d-dar.
Staqsti lit-tim involut fit-twelid tat-trabi, x’għajnuniet psikoloġiċi, x’għajnuniet fuq is-saħħa mentali immirati għal min għadu kif welled, x’counselling jew x’sapport jeżisti bħala gruppi li jistgħu jkunu ta’ għajnuna għalik.
Meta tirrelata ma’ ġenituri oħra li għaddew mill-esperjenza tal-kura tat-trabi, tinduna li dawn jistgħu joffrulek xi ħaġa differenti mis-sapport professjonali – tħoss sulliev meta titkellem ma’ xi ħadd li sempliċiment jifhem.
Meta titlob għajnuna psikoloġika ma jfissirx li inti ma rnexxilekx tkampa. Xi kultant din tkun parti mill-mod kif tkampa.
Għall-familja u l-ħbieb: Kif tistgħu tgħinu?
Meta xi ħadd li tħobb ikollu tarbija fl-NPICU, inti taf tkun inkwetat li tgħid xi ħaġa mhux f’waqta. M’hemmx għalfejn ikollok il-kliem perfetti.
Ħafna drabi, li jodd huwa li inti tkun konsistenti u preżenti u sensittiv.
Offri xi ħaġa speċifika.
Minflok tgħid ‘Għidli jekk ikollok bżonn xi ħaġa, prova għid ‘Nhar it-Tlieta ser nipprepara l-ikla ta’ filgħaxija. Trid inħallilek? Jew ‘Għada nista’ niġborlok it-tfal mill-iskola, jekk din tgħinek.
Imxi ma’ dak li jgħidu l-ġenituri
Xi ġenituri jkunu jridu jitkellmu; oħrajn le. Xi wħud jieħdu pjaċir meta xi ħadd jiġi jarhom, imma oħrajn ikollhom bżonn il-privatezza. Il-bżonnijiet tagħhom jafu jinbidlu wkoll minn ġurnata għall-oħra.
Ipprova evita milli ssaqsi lill-ġenituri għal xi żviluppi
Jaf ma jkunx hemm żviluppi ġodda, jew il-ġenituri sempliċiment ma jkunux iridu jirrepetu d-dettalji mediċi li huma diffiċli biex jgħidu, magħtul il-ġurnata.
Ftakar li din hija t-tarbija tagħhom mhux sempliċiment xi sitwazzjoni medika.
Uża l-isem tat-tarbija. Staqsi fuqhom. Irrikonoxxi u ċċelebra magħhom jekk il-ġenituri jagħżlu li jgħidulek b’xi mumenti importanti, irrispettivament jekk l-iżviluppi huma żgħar meta wieħed iħares lejhom minn għajn ta’ xi ħadd li ma jkunx fid-dinja tat-trabi.
Oqgħod attent meta tagħti assigurazzjoni
Kliem bħal ‘Hemm raġuni għal kollox’, ‘Għall-anqas….. jew ‘Żgur li kollox ser ikun sew’ huma fost kliem li jiġu offruti sforz it-tjubija tagħna, imma mingħajr ma rridu dawn jistgħu jimminimizzaw dak li l-familja qed tesperjenza.
M’għandekx għalfejn tneħħi l-biża’ minn ħaddieħor sabiex tissapportjhom.
Xi kultant:
Din tinstema’ veru diffiċli. Jiena hawn.
hija aktar b’saħħitha milli tipprova turi l-lat pożittiv tas-sitwazzjoni.
Ftakar fiż-żewġ ġenituri
Saqsi lis-sieħeb kif qed ikampa wkoll. Dan jaf qed iġorr ħafna aktar milli wieħed jista’ jara ma’ l-ewwel daqqa t’għajn.
Żomm il-kuntatt
Is-sapport ħafna drabi jiġi mill-ewwel, appena t-tarbija titwieled, imma l-vjaġġ tat-twelid tat-tarbija jaf jieħu ġimgħat jekk mhux xhur. U meta t-tarbija tiġi d-dar mhux neċessarjament ifisser li l-esperjenza emozzjonali tintemm. Messaġġ li turi li int qed taħseb fihom ġimgħat wara tista’ tkun importanti daqs dik li ssir fil-bidu.
Ħudha ġurnata b’ġurnata
Il-vjaġġ tal-NPICU jista’ jħalli marka li n-nies minn barra ma jistgħu qatt japprezzaw kompletament.
L-ewwel tgħanniqa
Ftit ħalib ieħor
Żieda żgħira fil-piż
Pajp li jitneħħa
Tibdil tal-ħarqa li saret minnek stess
Tisma’ l-aħbar li t-tarbija lesta timxi għal stadju ieħor ta’ kura
U eventwalment, għall-ħafna familji, il-wasla tat-tarbija d-dar li tkun mistennija ħafna.
Jaf ikun hemm ġranet diffiċli bejn dawn il-mumenti li jagħtuna kuraġġ, u l-progress mhux dejjem jimxi fuq linja dritta kif inti tkun tixtieq b’ruħek u ġismek kollu.
Inti m’hemmx għalfejn tikkontrolla t-traġitt kollu llum.
Xi kultant huwa biżżejjed li inti tgħaddi din il-ġurnata, dan l-iżvilupp jew dan il-mument.
U forsi wieħed mill-messaġġi importanti għall-ġenituri li għandhom iħaddnu huwa dan:
Meta t-tarbija ddaħħlet għall-kura tat-trabi tat-twelid taf biddlet il-mod kif inti immaġinajt il-bidu tal-vjaġġ bħala ġenitur, imma din ma tneħħix ir-realta’ li inti l-ġenitur.
Il-preżenza tiegħek tagħmel differenza
Il-vuċi tiegħek tagħmel differenza
Ir-relazzjoni tiegħek mat-tarbija diġa’ bdiet tinbena
Inti tista’ tkun mimli tama imma beżgħan
Tiżżi ħajr imma imnikket
B’saħħtek f’ġurnata u wisq inkwetat fil-ġurnata ta’ wara
Hemm spazju għal dan kollu
U m’għandekx għalfejn iġġorr dan il-piż kollu emozzjonali ta’ din l-esperjenza waħdek.

Charlene
Clinical Psychologist and Family TherapistAccredited clinical and psychotherapy supervisor


