Immorru lura għall-affarijiet bażiċi: Dak li t-tfal verament għandhom bżonn minn għandna.

May 22, 2026

B’mod ġentili nfakkru lill-ġenituri f’nofs kull ġurnata

Jekk qed trabbi t-tfal probabbli familjari ma’ din is-sensazzjoni:

Inti qed tipprova tlaħħaq ma’ kollox – skola, attivitajiet, rutini, għaġir, emozzjonijiet….. il-ħajja.  U fl-istess ħin, hemm din il-pressjoni fl-isfond li tgħidlek biex tagħmel aktar minn hekk.

Aktar sugu.
Aktar struttura
Aktar opportunitajiet

U b’xi mod tibda tħossok daqs li kieku dak li qed tagħmel mhux biżżejjed.

Imma meta nħarsu lejn dak li l-psikoloġija – u s-snin ta’ ħidma mal-familji – tgħidilna verament – l-istampa hija aktar sempliċi. 

Mhux eħfef. Imma iktar sempliċi.

Il-mumenti żgħar għandhom aktar sinifikat minn affarijiet kbar.

It-tfal m’għandhomx bżonn divertiment kontinwu jew affarijiet ġodda ‘l ħin kollu.

Għandhom bżonn iħossuhom konnessi miegħek.

 

Din hija l-qofol tat-teorija tal-konnessjoni – l-idea li t-tfal jiżviluppaw l-aħjar meta jesperjenzaw ġenituri li huma emozjonalment disponsibli u qegħdin hemm għal uliedhom.  Mhux li tkun perfett; imma li tkun preżenti biżżejjed. 

Fil-ħajja reali, il-konnessjoni ħafna drabi tidher xi ħaġa ordinarja:

  • Tpoġġi magħhom waqt li jgħidulek storja twila u kkumplikata
  • Tinnota li xi ħaġa żgħira tinħass bħal li kieku kienet xi ħaġa kbira għalihom.
  • Tagħtihom attenzjoni, anke jekk għal ftit ħin, mingħajr distrazzjonijiet.

Mill-perspettiva tas-sistemi tal-familji, dawn il-mumenti jfasslu l-klima emozzjonali ġod-dar.  It-tfal huma influwenzati mmens bit-ton tar-relazzjonijiet li huma mdawrin bihom.

Kapaċi l-anqas jiftakru l-ġugarell li inti xtrajtilhom il-ġimgħa l-oħra.

Imma ser jibqgħu jiftakru kif ħassewhom meta kienu miegħek.

Hija aċċettabbli li tkun irrabjat.

Kemm jekk tikkrolla fuq tazza ħażina, logħba li tlift, jew għax qalulek ‘le’ – it-tfulija hija mimlija b’emozzjonijiet kbar.

U bħala ġenituri, għandha ħabta nippruvaw nirranġaw l-affarijiet malajr għalihom.

Imma t-tfal m’għandhomx bżonn li xi ħadd isolvilhom il-problemi kollha.

Li għandhom bżonn huwa li jitgħallmu jgħaddu mill-emozzjonijiet li jħossu.

Ir-riċerka fuq l-iżvilupp emozzjonali turi li t-tfal jibnu reżiljenza meta jesperjenzaw frustrazzjoni f’mod maniġibbli, b’persuna adulta ma’ ġenbhom li tkun qed tissapportjhom.

F’termini sistemiċi, dan għandu x’jaqsam mal-bilanċ.  Jekk neliminaw kull diffikulta’, it-tfal jitilgħu jiddependu fuqna biex nirregolaw kollox għalihom.  Meta nkunu preżenti filwaqt li nżommu d-distanzi neċessarji, huma jibdew jibnu dik il-kapaċita’ fihom infushom.

Allura minflok:

“Ħalli nagħmel din il-ħaġa aħjar għalik immedjatament”

nimxu lejn:
“Din hija diffiċli.  Jiena qegħda hawn għalik sakemm issolviha.”

M’hemmx għalfejn ikunu l-ħin kollu okkupati.

Hija faċli li wieħed iħoss il-bżonn li nimlew il-ħin disponibbli għat-tfal tagħna – bl-isports, lezzjonijiet, ġranet fejn jilagħbu ma’ sħabhom, opportunitajiet biex jitgħallmu.

Imma t-tfal m’għandhomx għalfejn ikunu okkupati il-ħin kollu.

Għandhom bżonn spazju biex ikunu huma.

Ħin mingħajr struttura – jilagħbu, jimmaġinaw, anke jekk igorru li xebgħu ma’ jagħmlu xejn – huwa l-lok fejn ħafna żvilupp important iseħħ.

Mil-lenti tas-sistemi tal-familja, dak il-bżonn li nimlew il-ġurnata tat-tfal b’wisq attivitajiet tirrifletti l-anzjeta’ tagħna – dik is-sensazzjoni li aħna kontinwament irridu nagħmlu xi ħaġa biex naraw li t-tfal tagħna qed jirnexxu.

Imma t-tfal jikbru wkoll fil-mumenti ta’ trankwillita’.

Fil-fatt, ħafna drabi huwa proprju f’dak l-mument li wieħed jiskopri lilu nnifsu.

Ma jimpurtax jekk iġġib xi ħaġa ħażina

Hemm ħafna pressjoni biex tibqa’ kalma, paċenzjuża u konsistenti l-ħin kollu.

Imma l-verita’ hi – li inti umana.

It-tfal m’għandhom bżonn ġenituri perfetti.

Għandhom bżonn ġenitur li jerġa’ jiġi lura.

Din l-idea ta’ ‘ġenitur tajjeb biżżejjed’, li introduċa Donald Winnicott, tfakkarna li trobbija b’saħħitha tinkludi wkoll deċiżjonijiet żbaljati.  L-importanti hu li nikkoreġu dawn l-iżbalji.

Din tista’ tinstema’ bħal:

  • “Jiddispjaċini li għajjat qabel.”
  • “Ma tantx irreaġixxejt tajjeb għal dik is-sitwazzjoni.”
  • “Nistgħu nerġgħu nippruvuaw nagħmluha?”

Minn perspettiva sistemika, din tgħallem lit-tfal li r-relazzjonijiet jifilħu ċertu pressjoni filwaqt li jibqgħu siguri. 

Inti m’intix tfalli meta ġġib xi ħaġa ħażina.

Tkun qed turi li inti kapaċi tirranġa l-affarijiet għall-aħjar 

Mod sottili ta’ kif tista’ żżomm kollox taħt kontroll

Meta terġa’ lura għal dawn l-affarijiet bażiċi, xi ħaġa jiċċaqlaq.

M’għandekx għalfejn tagħmel kollox.

M’għandekx għalfejn iġġib kollox tajjeb.

Għaliex l-aktar ħaġa li t-tfal għandhom bżonn hija li inti tkun hemm għalihom.

  • Li jħossuhom konnessi miegħek
  • Li jitgħallmu kif jiffaċċjaw id-diffikultajiet tal-ħajja.
  • LI jkollhom spazju fejn jistgħu jilagħbu, jimmaġinaw u jikbru
  • LI jesperjenzaw relazzjonijiet li kapaċi jitranġaw.

Dawn l-ideat huma ssapportjati b’għexieren ta’ snin ta’ riċerka – mit-teorija tal-konnessjoni għat-teorija tas-sistemi fil-familja – imma dawn ukoll jirriflettu f’xi ħaġa aktar sempliċi:

Il-mumenti żgħar ta’ kuljum li diġa’ qed tgħix.

Għalhekk, jekk it-trobbija qed tinħass tqila dan l-aħħar, ftakar li:

Mhix fuq x’għandek tagħmel aktar.

L-aqwa li terġa’ lura għal dak li huwa verament importanti. 

Riflessjoni ġentili għall-ġenituri

Jekk trid tieqaf għal ftit u tirrifletti, dawn huma xi ftit mistoqsijiet li għandek tagħmel – m’hemmx pressjoni, sempliċiment kurżita’:

  • Magħtul il-ġurnata, f’liema ħin inħossni l-aktar qrib tat-tifel/tifla?  X’ikun qed jiġri f’dawk il-mumenti? 
  • Hemm xi drabi meta nkun pront insolvi jew nirranġa l-affarijiet għat-tfal?
  • Kemm inħossni komda meta t-tifel/t-tifla tiegħi tesperjenza diżappunt jew frustrazzjoni?
  • L-impenji tal-familja tħalli lok għall-mistrieħ, logħob u mumenti fejn ma tagħmel xejn?
  • Kif nirreaġixxi meta nagħmel xi ħaġa ħażina bħala ġenitur? Nħalli lok biex nirranġa s-sitwazzjoni?
  • X’tip ta’ atmosfera emozjonali qed jesperjenzaw l-aktar it-tfal fid-dar? 
  • Jekk jiena nissimplifika t-trobbija għal dak li verament jgħodd, x’inhu dak li nħaddan l-aktar?

M’għandekx bżonn risposti perfetti.

Xi kultant, il-fatt li tistaqsi dawn il-mistoqsijiet huwa biżżejjed biex tifrex it-triq għal mod oħra ta’ kif ser iġġib ruħek.

 

 

Charlene

Charlene

Clinical Psychologist and Family Therapist Clinical Supervisor

Aktar Qari

L-impatt tal-vjolenza domestika fuq it-tfal

Studju lokali reċenti dwar, “Safety in Childhood: A prevalence survey on childhood experiences of abuse”, kien imwettaq mid-Dipartiment tal-Istudji dwar it-Tfal u l-Familja fl-Università ta’ Malta b’kollaborazzjoni mal-Kummissjoni dwar il-Vjolenza abbażi tal-Ġeneru...

Ikkuntattjana

Għandek mistoqsija? Ikkuntattjana issa… aħna nistgħu ngħinu!