B’mod ġentili nfakkru lill-ġenituri f’nofs kull ġurnata
Jekk qed trabbi t-tfal probabbli familjari ma’ din is-sensazzjoni:
Inti qed tipprova tlaħħaq ma’ kollox – skola, attivitajiet, rutini, għaġir, emozzjonijiet….. il-ħajja. U fl-istess ħin, hemm din il-pressjoni fl-isfond li tgħidlek biex tagħmel aktar minn hekk.
Aktar sugu.
Aktar struttura
Aktar opportunitajiet
U b’xi mod tibda tħossok daqs li kieku dak li qed tagħmel mhux biżżejjed.
Imma meta nħarsu lejn dak li l-psikoloġija – u s-snin ta’ ħidma mal-familji – tgħidilna verament – l-istampa hija aktar sempliċi.
Mhux eħfef. Imma iktar sempliċi.
Il-mumenti żgħar għandhom aktar sinifikat minn affarijiet kbar.
It-tfal m’għandhomx bżonn divertiment kontinwu jew affarijiet ġodda ‘l ħin kollu.
Għandhom bżonn iħossuhom konnessi miegħek.
Din hija l-qofol tat-teorija tal-konnessjoni – l-idea li t-tfal jiżviluppaw l-aħjar meta jesperjenzaw ġenituri li huma emozjonalment disponsibli u qegħdin hemm għal uliedhom. Mhux li tkun perfett; imma li tkun preżenti biżżejjed.
Fil-ħajja reali, il-konnessjoni ħafna drabi tidher xi ħaġa ordinarja:
- Tpoġġi magħhom waqt li jgħidulek storja twila u kkumplikata
- Tinnota li xi ħaġa żgħira tinħass bħal li kieku kienet xi ħaġa kbira għalihom.
- Tagħtihom attenzjoni, anke jekk għal ftit ħin, mingħajr distrazzjonijiet.
Mill-perspettiva tas-sistemi tal-familji, dawn il-mumenti jfasslu l-klima emozzjonali ġod-dar. It-tfal huma influwenzati mmens bit-ton tar-relazzjonijiet li huma mdawrin bihom.
Kapaċi l-anqas jiftakru l-ġugarell li inti xtrajtilhom il-ġimgħa l-oħra.
Imma ser jibqgħu jiftakru kif ħassewhom meta kienu miegħek.
Hija aċċettabbli li tkun irrabjat.
Kemm jekk tikkrolla fuq tazza ħażina, logħba li tlift, jew għax qalulek ‘le’ – it-tfulija hija mimlija b’emozzjonijiet kbar.
U bħala ġenituri, għandha ħabta nippruvaw nirranġaw l-affarijiet malajr għalihom.
Imma t-tfal m’għandhomx bżonn li xi ħadd isolvilhom il-problemi kollha.
Li għandhom bżonn huwa li jitgħallmu jgħaddu mill-emozzjonijiet li jħossu.
Ir-riċerka fuq l-iżvilupp emozzjonali turi li t-tfal jibnu reżiljenza meta jesperjenzaw frustrazzjoni f’mod maniġibbli, b’persuna adulta ma’ ġenbhom li tkun qed tissapportjhom.
F’termini sistemiċi, dan għandu x’jaqsam mal-bilanċ. Jekk neliminaw kull diffikulta’, it-tfal jitilgħu jiddependu fuqna biex nirregolaw kollox għalihom. Meta nkunu preżenti filwaqt li nżommu d-distanzi neċessarji, huma jibdew jibnu dik il-kapaċita’ fihom infushom.
Allura minflok:
“Ħalli nagħmel din il-ħaġa aħjar għalik immedjatament”
nimxu lejn:
“Din hija diffiċli. Jiena qegħda hawn għalik sakemm issolviha.”
M’hemmx għalfejn ikunu l-ħin kollu okkupati.
Hija faċli li wieħed iħoss il-bżonn li nimlew il-ħin disponibbli għat-tfal tagħna – bl-isports, lezzjonijiet, ġranet fejn jilagħbu ma’ sħabhom, opportunitajiet biex jitgħallmu.
Imma t-tfal m’għandhomx għalfejn ikunu okkupati il-ħin kollu.
Għandhom bżonn spazju biex ikunu huma.
Ħin mingħajr struttura – jilagħbu, jimmaġinaw, anke jekk igorru li xebgħu ma’ jagħmlu xejn – huwa l-lok fejn ħafna żvilupp important iseħħ.
Mil-lenti tas-sistemi tal-familja, dak il-bżonn li nimlew il-ġurnata tat-tfal b’wisq attivitajiet tirrifletti l-anzjeta’ tagħna – dik is-sensazzjoni li aħna kontinwament irridu nagħmlu xi ħaġa biex naraw li t-tfal tagħna qed jirnexxu.
Imma t-tfal jikbru wkoll fil-mumenti ta’ trankwillita’.
Fil-fatt, ħafna drabi huwa proprju f’dak l-mument li wieħed jiskopri lilu nnifsu.
Ma jimpurtax jekk iġġib xi ħaġa ħażina
Hemm ħafna pressjoni biex tibqa’ kalma, paċenzjuża u konsistenti l-ħin kollu.
Imma l-verita’ hi – li inti umana.
It-tfal m’għandhom bżonn ġenituri perfetti.
Għandhom bżonn ġenitur li jerġa’ jiġi lura.
Din l-idea ta’ ‘ġenitur tajjeb biżżejjed’, li introduċa Donald Winnicott, tfakkarna li trobbija b’saħħitha tinkludi wkoll deċiżjonijiet żbaljati. L-importanti hu li nikkoreġu dawn l-iżbalji.
Din tista’ tinstema’ bħal:
- “Jiddispjaċini li għajjat qabel.”
- “Ma tantx irreaġixxejt tajjeb għal dik is-sitwazzjoni.”
- “Nistgħu nerġgħu nippruvuaw nagħmluha?”
Minn perspettiva sistemika, din tgħallem lit-tfal li r-relazzjonijiet jifilħu ċertu pressjoni filwaqt li jibqgħu siguri.
Inti m’intix tfalli meta ġġib xi ħaġa ħażina.
Tkun qed turi li inti kapaċi tirranġa l-affarijiet għall-aħjar
Mod sottili ta’ kif tista’ żżomm kollox taħt kontroll
Meta terġa’ lura għal dawn l-affarijiet bażiċi, xi ħaġa jiċċaqlaq.
M’għandekx għalfejn tagħmel kollox.
M’għandekx għalfejn iġġib kollox tajjeb.
Għaliex l-aktar ħaġa li t-tfal għandhom bżonn hija li inti tkun hemm għalihom.
- Li jħossuhom konnessi miegħek
- Li jitgħallmu kif jiffaċċjaw id-diffikultajiet tal-ħajja.
- LI jkollhom spazju fejn jistgħu jilagħbu, jimmaġinaw u jikbru
- LI jesperjenzaw relazzjonijiet li kapaċi jitranġaw.
Dawn l-ideat huma ssapportjati b’għexieren ta’ snin ta’ riċerka – mit-teorija tal-konnessjoni għat-teorija tas-sistemi fil-familja – imma dawn ukoll jirriflettu f’xi ħaġa aktar sempliċi:
Il-mumenti żgħar ta’ kuljum li diġa’ qed tgħix.
Għalhekk, jekk it-trobbija qed tinħass tqila dan l-aħħar, ftakar li:
Mhix fuq x’għandek tagħmel aktar.
L-aqwa li terġa’ lura għal dak li huwa verament importanti.
Riflessjoni ġentili għall-ġenituri
Jekk trid tieqaf għal ftit u tirrifletti, dawn huma xi ftit mistoqsijiet li għandek tagħmel – m’hemmx pressjoni, sempliċiment kurżita’:
- Magħtul il-ġurnata, f’liema ħin inħossni l-aktar qrib tat-tifel/tifla? X’ikun qed jiġri f’dawk il-mumenti?
- Hemm xi drabi meta nkun pront insolvi jew nirranġa l-affarijiet għat-tfal?
- Kemm inħossni komda meta t-tifel/t-tifla tiegħi tesperjenza diżappunt jew frustrazzjoni?
- L-impenji tal-familja tħalli lok għall-mistrieħ, logħob u mumenti fejn ma tagħmel xejn?
- Kif nirreaġixxi meta nagħmel xi ħaġa ħażina bħala ġenitur? Nħalli lok biex nirranġa s-sitwazzjoni?
- X’tip ta’ atmosfera emozjonali qed jesperjenzaw l-aktar it-tfal fid-dar?
- Jekk jiena nissimplifika t-trobbija għal dak li verament jgħodd, x’inhu dak li nħaddan l-aktar?
M’għandekx bżonn risposti perfetti.
Xi kultant, il-fatt li tistaqsi dawn il-mistoqsijiet huwa biżżejjed biex tifrex it-triq għal mod oħra ta’ kif ser iġġib ruħek.

Charlene
Clinical Psychologist and Family Therapist Clinical Supervisor

