Nibqgħu f’kuntatt anke jekk ix-xogħol iżomm lill-ġenituri ‘l bogħod mid-dar – Sistemi tal-familja u gwida fuq kif tibqa’ viċin it-tfal u żżomm kuntatt emozzjonali anke jekk tkun ‘il bogħod

Jul 27, 2026

Bħala psikologa klinika u terapista tal-familja, jien ħafna drabi nkun involuta fir-realtajiet li l-familji jgħixu fihom u kif ikollhom jinnavigaw f’ċirkostanzi diffiċli.  F’dan l-aħħar snin, jiena ħdimt ma’ numru ta’ ġenituri li jaħdmu f’xogħlijiet li tbegħdhom mit-tfal għall-perjodi twal – xi kultant ġranet, ġimgħat u saħansitra anke xhur – minħabba n-natura tax-xogħol, ir-risponsabilitajiet finanzjarji, jew arranġamenti tax-xogħol li jirrikjedu li wieħed jemigra. 

Din il-blog hija ispirata minn dawn il-familji.

L-aktar li tispikka mhix in-nuqqas ta’ mħabba jew impenn, imma l-isfida emozzjonali biex iżżomm il-kuntatt minkejja d-distanzi, u l-mistoqsijiet fis-skiet li ħafna minn dawn il-ġenituri jġorru.

Kif nistgħu nibqgħu qrib emozzjonalment meta ma nkunux qrib fiżikament?

It-teorija tas-sistemi tal-familja u r-riċerka fuq il-konnessjoni mat-tfal titfa’ dawl fuq dawn is-sitwazzjonijiet.  Dawn ifakkruna li t-tfal m’għandhomx bżonn preżenza fiżika biss – imma għandhom bżonn li inti tkun disponibbli emozzjonalment, li inti tkun prevedibbli u li r-relazzjoni tkun kontinwa.

Ejjem nifhmu l-konnessjoni mil-lenti tas-sistemi tal-familja

Minn perspettiva tal-familja, il-familja topera bħala unjoni li żżomm kuntatt emozzjonali.  Meta ġenitur ma jkunx preżenti fiżikament, is-sistema tifforma ruħha mill-ġdid, b’mod naturali, kemm emozzjonalment u anke fil-prattika.

It-tfal huma partikolarment sensittivi għall-bidliet fejn tidħol id-disponibilita’ tal-ġenituri.  Ir-riċerka fuq il-konnessjoni bejn il-ġenituri u t-tfal turi li s-sigurta’ tiżviluppa fil-konnessjoni bejn il-ġenituri u t-tfal permezz ta’ rispons konsistenti u fit-tul mill-persuna li qed tieħu ħsieb lit-tfal. Din mhix neċessarjament ibbażata fuq il-konnessjoni fiżika imma hija determinata wkoll minn kemm il-ġenituri huma ta’ min jorbot fuqhom u kemm wieħed jista’ jantiċipa kif il-ġenituri ser jaġixxu.

It-tfal jistgħu jżommu sens ta’ sigurta’ fil-konnessjoni mal-ġenitur li ma jkunx daqstant preżenti jekk jesperjenzaw:

  • kuntatt ta’ kwalita’ u regolari 
  • imħabba profonda u emottiva 
  • spjegazzjoni ċara rigward is-separazzjoni.
  • rutina stabbli fil-kura tat-tfal id-dar

L-għan mhux li telimina l-impatt li d-distanza tista’ tħalli, imma li tiżgura li r-relazzjoni tibqa’ sigura emozzjonalment u kontinwa.

L-esperjenza emozzjonali tas-separazzjoni 

L-assenza tal-ġenituri tista’ twassal għal emozzjonijiet differenti fir-rispons tal-ġenituri. Dan jiddependi fuq l-eta’ u t-temperament. Xi tfal jistgħu jitilfu l-interess, oħrajn jibdew jiddendlu aktar ma’ djul ommhom jew missierhom jew ikunu irritabbli, waqt li oħrajn jisgħu juru xi bidliet fl-imġieba.  Minn perspettiva sistematika, dawn l-aġiri mhumiex sempliċiment ‘problemi’ imma huma espressjonijiet ta’ distress emozzjonali fi ħdan is-sistema tar-relazzjoni.

At the same time, both parents often carry emotional strain:

  • Il-ġenitur li qiegħed ‘il bogħod jaf jesperjenza ħtija, xenqa u qtugħ ta’ qalb. 
  • Il-ġenitur li baqa’ d-dar jista’ jesperjenza eżawriment, ħafna xogħol jew iżolament emozzjonali. 

Dawn ir-reazzjonijiet mhumiex sinjali li l-familja mhix tiffunzjona tajjeb – imma huma sinjali li s-sistema qed taddatta ruħha għall-istress.

Il-mistoqsija kruċjali tiġi:

Kif tista’ l-konnessjoni tkun miżmuma b’mod intenzjonali b’modi li tissapportja s-sigurta’ emozzjonali tat-tfal?

Modi prattiċi ta’ kif tista’ żżomm il-konnessjoni:

Għall-ġenitur li qiegħed ‘il bogħod

Anke jekk qiegħed ‘il bogħod, inti tista’ żżomm figura ċentrali emozzjonalment fil-ħajja tal-tfal.

– Agħti priorita’ lill-kuntatt prevedibbli

It-tfal iħossuhom aktar siguri meta l-kuntatt ikun konsistenti u mistenni, aktar milli sporadiku. Rutini regolari (pereżempju telefonata fil-ħin tal-irqad, chats fuq vidjo ippjanati) jgħinu biex tibni stabbilita’ emozzjonali.

– Iffoka fuq il-preżenza emozzjonali

Barra milli tistaqsi fuq l-attivitajiet tal-ġurnata, inkludi wkoll il-konnessjoni emozzjonali.  

  • “X’għamlek kuntent illum?”
  • “Kien hemm xi affarijiet li ħassejthom diffiċli?”
  • “X’tixtieq turini meta nerġgħu nitkellmu?”

Din issaħħaħ l-armonija bejniethom, mhux biss il-komunikazzjoni

– Ibni ċertu ritwali waqt il-kuntatt

Ir-riċerka fuq is-sistemi tal-familja tagħti importanza lir-ritwali biex tinżamm dik il-kontinwita’.  Dawn l-eżempji jinkludu:

  • stejjer fil-ħin tal-irqad irrekordjati mill-ġenitur li qiegħed ‘il bogħod
  • xi kanzunetti kantati flimkien jew xi rutini
  • xi oġġett speċjali li jirrappreżenta din l-għaqda 

Dawn jgħinu lit-tfal iħossuhom f’relazzjoni kontinwa.

– Irregola t-ton emozzjonali

It-tfal huma partikolarment sensittivi meta jkun hemm xi ħjiel emozzjonali.  Ton kalm imma b’saħħtu waqt it-telefonati jgħinu lit-tfal biex iħossuhom siguri aktar milli affettwati bl-emozzjonijiet tal-adulti.

Għall-ġenitur li qiegħed id-dar

Il-persuna li qed tieħu ħsieb it-tfal id-dar għandha rwol kruċjali biex iżżomm l-istabilita’ emozzjonali fi ħdan is-sistema tal-familja.  Waqt il-perjodu ta’ separazzjoni, it-tfal ħafna drabi jiddependu fuq dan il-ġenitur biex iżommhom regolati, siguri u prevedibbli.

Minn perspettiva tas-sistema tal-familja fir-rigward tal-rabta mal-ġenituri, l-istabilita’ emozzjonali tat-tfal hija aktar ibbażata fuq il-kapaċita’ tal-ġenitur li qiegħed id-dar biex jikkontrolla l-emozzjonjonijet tiegħu/tagħha. Għal din ir-raġuni, il-ġenitur irid bilfors jieħu ħsieb tiegħu innifsu – din hija fundamentali.  Meta l-ġenitur li qiegħed id-dar huwa mkisser emozzjonalment, ikun aktar diffiċli għalih biex tirrispondi b’paċenzja, konsistenza u biex jirrifletti din ir-rabta.  Meta dan il-ġenitur jieħu ħsieb tiegħu innifsu b’metodi żgħar magħżula b’reqqa u jieħu s-sapport meħtieġ, huwa jkun qed isaħħah is-sens ta’ sigurta’ fit-tfal. 

– Ipprovdi narrattiva ċara u sempliċi

It-tfal ifendu aħjar permezz ta’ spjegazzjonijiet sempliċi u konsistenti:

“Huma qegħdin ‘il bogħod minħabba x-xogħol imma xorta jħobbuk ħafna.”
Iċ-ċarezza tnaqqas l-anzjeta’ u n-nuqqas ta’ ċertezza.

 

– Ipproteġi r-relazzjoni mal-ġenitur assenti

Issapportja l-għaqda bejn iż-żewġ ġenituri u t-tfal billi:

  • tinkuraġġixxi l-kuntatt
  • titkellem b’rispett fuq il-ġenitur l-ieħor
  • tippermetti lilek innifsek tesprimi l-emozzjonijiet mingħajr ma toqgħod tikkoreġihom

It-tfal m’għandhomx iġorru kunflitt fejn tidħol il-lealta’ lejn il-ġenituri.

 

– Żomm struttura u rutina

Rutini prevenibbli jipprovdu ċertu stabilita’ emozzjonali waqt is-separazzjoni.

– Ivvalida r-rispons emozzjonali

Dwejjaq, rabja u rigress huma mezzi komuni ta’ kif it-tfal jesprimu ruħhom fir-rigward tar-rabta bejn ġenituri u tfal.

Għaż-żewġ ġenituri: l-importanza li jibqgħu emozzjonalment sinkronizzati

Anke meta jkunu separati fiżikament, il-ġenituri għandhom jibqgħu parti mill-istess sistema emozzjonali għat-tfal.

 

– Ibqa’ konsistenti fejn hu possibli.

Messaġġi li mhumiex kuntradittorji, rutini u aspettattivi, jgħinu lit-tfal biex iħossuhom siguri.

– Evita li ddaħħal lit-tfal fin-nofs

It-tfal m’għandhomx ikunu messaġġiera jew intermedjarji emozzjonalment. Din tnaqqas it-toqol psikoloġiku u tipproteġi l-iżvilupp emozzjonali tat-tfal.

– Jekk hemm xi ħaġa mhix taħdem tajjeb agħmel mezz li tirranġaha

Hemm ċans kbir li r-relazzjoni ma tkunx dejjem sinkronizzata.  L-aktar ħaġa importanti huwa li tirrepara dak li mhux sejjer tajjeb.

  • “Immissjajt it-telefonata tagħna – kont qed naħseb fik.”
  • “Jiena qiegħed hawn issa, u qed nieħu gost li qed nitkellmu.”

L-għaqda u l-fiduċja jissaħħu meta inti ssewwi dak li sejjer ħażin 

Riflessjoni tal-aħħar

Id-distanza ma tnaqqasx l-għaqda awtomatikament.  L-aktar li tħalli mpatt fuq il-konnessjoni mhix il-ġeografija imma d-disponsibilita’ emozzjonali, il-prevedibilita’ u s-sigurta’ fir-relazzjoni. 

It-tfal m’għandhomx bżonn preżenza fiżika kontinwa biex iħossuhom maħbubin.  Għandhom bżonn jesperjenzaw sens li:

  • xi ħadd qed iżommhom f’moħħu
  • xi ħadd qed iżomm ir-rutina
  • u li xi ħadd qed iżommhom magħqudin u konnessi emozzjonalment

Bl-istess mod, il-ġenituri m’għandhomx bżonn ikunu perfetti biex iżommu relazzjoni b’saħħitha mat-tfal tagħhom.  Huma għandhom bżonn intenzjoni, konsistenza u preżenza emozzjonali b’mod raġjonevoli.

 

Minn perspettiva tas-sistema tal-familja, il-konnessjoni mhux determinata biss mill-kuntatt fiżiku – hija determinata mill-kwalita’ ta’ emozzjoni kontinwa fir-relazzjoni.

 

Anke jekk hemm id-distanza, il-familji jistgħu jibqgħu magħqudin diment li r-relazzjoni tkun miżmuma tajjeb, emozzjonalment sinkronizzata u ssapportjata bis-sens.

Il-preżenza mhux biss fiżika – imma bbażata fuq kemm wieħed jista’ jorbod fuq l-ieħor emozzjonalment magħtul iż-żmien.

Charlene

Charlene

Clinical Psychologist and Family Therapist Clinical Supervisor

Aktar Qari

Positive Parenting Malta u taħditiet Psikoedukattivi

Positive Parenting Malta tkompli tippromwovi aktar għarfien dwar il-ħiliet fit-trobbija pożittiva u tipprovdi appoġġ prattiku għall-ġenituri u l-professjonisti billi toffri webinars psikoedukattivi. Positive Parenting Malta se torganizza webinar mad-Dipartiment...

Positive Parenting Malta and Psychoeducational talks

Ikkuntattjana

Għandek mistoqsija? Ikkuntattjana issa… aħna nistgħu ngħinu!